Lucia Anguissola: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Bot: Migrating 5 interwiki links, now provided by Wikidata on d:Q465443
Linja 4:
 
Lucia twieldet [[Cremona]], l-Italja. Kienet it-tielet minn ħames aħwa bniet li kollha saru pitturi. Missierha, Amilcare Anguissola, li kien minn-nobbiltà minuri ta' [[Genova]] ħeġġeġ lil uliedu biex jitgħallmu l-pittura. Lucia x'aktarx tħarrġet ma' oħta l-kbira [[Sofonisba Anguissola]] u xogħolha, il-parti l-kbira ritratti, jixbaħ lil tagħha fl-istill u t-teknika. Minn ħut Sofonisba, Lucia kellha l-iżjed ħila.
[[Stampa:Anguissola, Lucia Anguissola- Pietro Manna - Prado.jpg|thumb|200px|Ritratt ta' Pietro Maria, Tabib minn Cremona (1560), Mużew tal-Prado, Madrid]]
 
[[Vasari]] faħħar waħda mill-pitturi li għadha teżisti li ra meta żar id-dar tal-familja wara mewtha, ir-''Ritratt ta' Pietro Maria'', Tabib ta' Cremona, (kmieni fis-snin 1560)<ref>Mużew tal-Prado, Madrid</ref>. Dan ritratt sensibbli, fuq il-griż u l-kannella. Lucia qegħdet lifgħa fuq il-bastun ta' Pietro Maria biex turi li kien tabib. Is-sengħa tagħha tidher fil-ħila li kellha li turi l-karattru tal-mudell f'wiċċu mimli ħajja b'ħuġbejn ogħla mill-oħra u spalla ogħla mill-oħra. L-uniku xogħol ieħor ta' Lucia li hu iffirmat hu awtoritratt ta' nofs tul (c. 1557)<ref>Castello Sforzesco, Milan</ref>. Lucia pinġiet ukoll ''Madonna bil-Bambin''. Hemm ''Ritratt ta' Mara'' (kmien fis-snin 1560, Gal. Borghese, Ruma) li hu maħsub li jew hu awtoritratt tagħha jew ritratt tagħha mpinġi minn Sofonisba. Żewġ ritratti (Pinacoteca Tosio Martinengo, Brescia u Museo Poldi Pezzoli, Milan), x'aktarx ta' Minerva Anguissola, jistgħu ukoll kienu mpinġijin minn Lucia.