John Bundy: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1:
John Bundy ([[Furjana]], 10 ta' Marzu, 1960) huwa l-Kap Eżekuttiv tal-[[Public Broadcasting Services]] ([[PBS]]) u kien preżentatur u producer Malti ta' programmi fuq ir-radju u t-televixin.
 
== Studji ==
 
John Bundy attenda l-iskola primarja ta' St. Francis f'[[Bormla]] u u l-Kulleġġ Missjunarju ta' San Pawl fir-[[Rabat]] għall-edukazzjoni sekondarja tiegħu, u wara attenda l-MCAST fl-[[Msida|Imsida]]. Bundy kiseb diploma f'CMC Entertainment Marketing minn Carlton Broadcasting Portman f'[[Londra]], diploma minn D.R Corporation Production TV mimm Byen Broadcasting Corporation Denmarktad-[[Danimarka]], One Year Compilation Radio minn BBC 4 London u wkoll diploma fil-PR communications minn Carlton Communications London.
 
L-ewwel xogħol tiegħu kien fl-accounts department ma’ Mizzi Group.
Linja 33:
=== Smash TV, Net, TVM, ONE TV ===
 
Fl-1972, Bundy ta' 12-il sena għamel l-ewwel dehra televiżiva tiegħu waqt programm imsejjaħ "Studio Għat-Tfal" fuq TVM, ippreżentat mill-għalliem tiegħu tal-Ingliż [[David Azzopardi]] li skopra t-talent tiegħu. Huwa beda jippreżenta flimkien ma’ [[Hector Bruno]] u Marbeck Spiteri, programm li kien immexxi minn [[David Azzopardi]], Philip Farrugia Randon u Renato Agius Muscat.
 
Fl-1990 beda jippreżenta programm televiżiv, "Bonġu Breakfast Show" fuq [[Smash TV]].
 
Fl-1998 beda jippreżenta fuq in-[[NET TV]].
Linja 55:
== Kantant ==
 
Bħala kantant u mużiċist Bundy rebaħ diversi festivals bħal: Un Disco Per l’Estate Giovane fl-1976, Canzonissima Malta fl-1980, [[L-Għanja Tal-Poplu]] bid-diska li baqgħet famuża "Pajjiż tal-Mickey Mouse" fl-1995 u l-[[Festival tal-Kanzunetta Maltija]] flimkien ma' Enzo Guzman u Tony Camilleri fl-1996, bil-kanzunetta "Din għalikom ħbieb tiegħi".
 
Fl-1978 rebaħ il-Premju tal-Aqwa Kompożitur Żagħżugħ fil-Festival of Arts u fl-1996 ġie vvutat bħala "L-Aqwa Personalità tas-Sena".
Linja 67:
"Kelli sehem kbir fl-aktar mumenti glorjużi tal-PN. Meta kellu magna ta’ propaganda tajba u meta kellu l-volontarjat jaħdem mija fil-mija, meta kien partit frisk u modern. Iżda maż-żmien kollox jeqdiem," qal Bundy f'intervista fl-2016.
 
“Kien fl-2003 li bdejt inħoss li l-partit kien qed jieħu direzzjoni ħażina u kien qed jinjora lin-nies. Twieldet l-arroganza fil-Partit u minkejja li [[Lawrence Gonzi|Gonzi]] kien Prim Ministru tajjeb ħafna, ma kellux il-ħin jikkontrolla minħabba l-impenji tiegħu ta’ Prim Ministru.”
 
Mill-10 ta' Mejju 2009 beda jersaq lejn il-Partit Laburista, meta kellu l-ewwel intervista ma' [[Joseph Muscat]] taħt tinda fir-Rabat. Meta resqet il-kampanja għal-elezzjoni ġenerali tal-2013 intervista ħafna drabi lil Muscat.
Linja 73:
== Ħajja Personali ==
 
Fl-1988, huwa żżewweġ lil Claudette Fiorini minn Birżebbuġa u fl-1992 kellhom tifla, Samyra . Jgħixu l-Fgura.