Leopoldu Mandić: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1:
San Leopoldu Mandic, O.F.M. Kap. (magħruf ukoll bħala Leopold ta' Castelnuovo), (12 ta' Mejju, 1866 - 30 ta' Lulju, 1942), kien patri Franġiskan Kapuċċin Kroat, [1] li sofrakien isofri ħafna minn diżabilitajiet li affettwawlu l-mod kif jitkellem u l-istatura tiegħu. Huwa żviluppa qawwa spiritwali tremenda minkejja d-diżabilitajiet tiegħu u sar popolari ħafna fil-ministeru tiegħu bħala konfessur, ħafna drabi kien iqatta' minn 12 sa 15-il siegħa fil-konfessjonarju.
 
Għalkemm Mandic ried li jkun missjunarju fl-Ewropa tal-Lvant, huwa qatta' kważi l-ħajja kollha adulta tiegħu fl-Italja, u għex Padova minn 1906 sa ma miet. Hu qatta' sena f'ħabs Taljan matul it-Tieni Gwerra Dinjija, billi ma riedx jirrinunzja n-nazzjonalità Kroata tiegħu. Qatt ma waqaf joħlom għall-għaqda bejn il-knisja Kattolika u Ortodossa u li jmur fil-Lvant. Huwa sar magħruf bħala Appostlu tal-Qrar u Appostlu tal-Unità bejn l-Insara.