Dun Karm Psaila: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 26:
"Għodwa waħda, fl-1912, żewġt iħbieb tiegħi Monsinjur Pawlu Galea u Ġużè Muscat Azzopardi, iltaqgħu miegħi u ħajruni niktbilhom xi poeżija sabiħa għall-ewwel ħarġa ta’ rivista ġdida li kienu se jibdew jippubblikaw bil-Malti, jismu ''Il-Ħabib''. U dakinhar filgħaxija mort id-dar u quddiem xbieha tal-Madonna tlabt: “Għażiża ommi għidli inti x’għandi nikteb, jiena nixtieq nibda b’poeżija miktuba għalik.” Dak il-ħin stess qomt bil-ħeffa u niżżilt dak li ħassejt fil-poeżija ''Quddiem Xbieha tal-Madonna''."
 
F’Mejju, 1914, dehret l-ewwel ġabra ta’ 15-il poeżija bil-Malti ta’ Dun Karm bl-isem ta’ ''L-ewwel ward'' jew ''Ġemgħa tal-poeżijiet li ktibt bil-Malti'' fis-Sensiela tal-Mogħdija taż-Żmien (għadd 140) li kien jippubblika [[Alfons Maria Galea|Alfons Marija Galea]]. F’Settembru 1920 ħareġ ġabra ta’ 25 poeżija oħra, biex juri kemm l-ilsien Malti meta mħaddem tajjeb, mhu xejn inqas minn ilsna oħrajn. Dan il-ktieb jismu ''Ward ieħor'' jew ''Ġabra oħra ta’ poeżijiet bil-Malti'' u kien iddedikah lil ommu li kienet mietet fl-1909. Fis-sena 1921 kiteb il-poeżija ''Lil ħuti Maltin'' biex ifakkar l-għoti tal-Kostituzzjoni, li iżda xxandret fl-1939 minħabba li l-poeta ma riedx jiċċappas mal-preġudizzji politiċi ta’ dak iż-żmien.Kien ihobb jahxi.
 
=== Temi fil-Poeżiji ta' Dun Karm ===