Madre Tereża ta' Kalkutta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
m Modifiki annullati ta' 77.71.188.14 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' 88.203.4.120
Linja 1:
<small>dFilFil-pjan terren tal-Mother House, fil-Lower Circular Road ta’ Kalkutta, wieħed isib il-kappella sempliċi u mneżża’ minn kollox, fejn mit-13 Settembru ta’ 1997, wara l-funeral statali li ngħatalha, jinsab midfun il-ġisem ta’ Madre Tereża. Barra, l-istorbju li jtarrax tal-metropoli Indjana, mimli faqar u miżerja. Ġewwa, iżda l-ħin bħal jieqaf quddiem qabar fqir: blokka siment abjad u fuqu l-Bibbja personali ta’ Madre Tereża u statwa tal-Madonna b’kuruna ta’ fjuri m’għonqha. Ħdejha lapida ta’ l-irħam b’versett bl-Ingliż mill-Vanġelu ta’ San Ġwann: “Ħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien” (15,12).</small>
 
Madre Tereża ta’ Kalkutta (Skopje, 26 ta' Awwissu 1910 - Kalkultta, Indja, 5 ta' Settembru 1997) twieldet f’familja Kattolika Albaniża fi Skopje, illum parti mill-Maċedonja. Ta’ 18-il sena ddeċidiet li tidħol fil-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Missjonarji tal-Madonna ta’ Loreto. Fl-1928 telqet lejn l-Irlanda, u sena wara kienet l-Indja. Fl-1931 iż-żagħżugħa Ineż ħadet l-ewwel voti u l-isem ġdid ta’ Swor Marija Tereża tal-Bambin Ġesù (għad-devozzjoni tagħha lejn il-qaddisa ta’ Lisieux), u ta 20 sena kienet tgħallem l-istorja u l-ġografija lil studenti bniet sinjuri fil-kulleġġ tas-sorijiet ta’ Loreto f’Entally, żona fil-lvant ta’ Kalkutta.
Madre Tereża ta’ Kalkutta (Skopje, 26 ta' Awwissu 1910 - Kalkultta, Indja,
 
5 ta' Settembru 1997) twieldet f’familja Kattolika Albaniża fi Skopje, illum parti mill-Maċedonja. Ta’ 18-il sena ddeċidiet li tidħol fil-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Missjonarji tal-Madonna ta’ Loreto. Fl-1928 telqet lejn l-Irlanda, u sena wara kienet l-Indja. Fl-1931 iż-żagħżugħa Ineż ħadet l-ewwel voti u l-isem ġdid ta’ Swor Marija Tereża tal-Bambin Ġesù (għad-devozzjoni tagħha lejn il-qaddisa ta’ Lisieux), u ta 20 sena kienet tgħallem l-istorja u l-ġografija lil studenti bniet sinjuri fil-kulleġġ tas-sorijiet ta’ Loreto f’Entally, żona fil-lvant ta’ Kalkutta.
== Il-"Konverżjoni" ==
Wara l-ħajt tal-kunvent kien hemm il-kwartier ta’ Motti bl-intiena soffokanti tiegħu, wieħed mill-ifqar slums ta’ Kalkutta, il-miżbla tad-dinja. Mill-bogħod swor Tereża setgħet tisma’ l-ħsejjes li kienu jaslu sal-kulleġġ lussuż iżda ma kinitx taf x’kienu. Kienu l-wiċċ l-ieħor ta’ l-Indja, dinja oħra ‘l bogħod minnha, għallinqas sa dik il-lejla ta’ l-10 ta’ Settembru 1946, meta kienet f’ferrovija diretta lejn Darjeeling għall-eżerċizzji spiritwali u hemm ġietha t-“tieni sejħa”: matul dak il-lejl frażi baqgħet imwaħħla f’moħħha tul il-vjaġġ kollu, l-għajta muġugħa ta’ Ġesù msallab: “Għandi l-għatx!” Hija kellha tħalli l-kunvent biex tiddedika ruħha għall-ifqar fost il-fqar: dawk li huma x-xejn, l-emarġinati f’kollox, l-abbandunati li kuljum kienu jmutu fuq il-bankini ta’ Kalkutta, mingħajr lanqas id-dinjità li jistgħu jmutu fil-paċi ta dejjem.