Klassifikazzjoni bijoloġika: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 27:
 
=== [[Rinaxximent]] ===
Matul ir-Rinaxximent, minħabba l-għatx kbir għat-tagħlim li kien hemm u minħabba l-progrssprogress fil-qasam tat-tipografija, l-għarfien seta' jinfirex sewwa. Fost l-aqwa xogħlijiet ta' dak iż-żmien insibu l-"''Historia animalium''" ta' [[Conrad von Gesner]] (1516-1565) li kienet ippubblikata bejn l-1551 u l-1587 u nkuraġġiet id-diversi korrispondenti Ewropej li jqiegħdu fis-sod l-għarfien żooloġiku u jwarrbu l-annimali mitoloġiċi.
 
Fl-''Historia animalium'' insibu klassifikazzjoni eżatta tal-eżempji tal-annimali magħrufin dak iż-żmien, irranġati f'ordni alfabetiku skont l-isem bil-Latin. Għal kull annimal Gesner jagħti l-isem bil-lingwi l-iżjed komuni l-oħra, antiki u moderni, l-imġiba tagħhom, il-firxa ġeografika, l-użu tagħhom bħala ikel u fil-mediċina, il-leġġendi dwarhom u s-simboli assoċjati magħhom.
[[Ulisse Aldrovandi]] (1522 - 1605) ta espożizzjoni innovattiva mqabbla ma' ta' qabel; kiteb 13-il volum dedikati għall-istorja naturali, li minnhom l-iżjed famuż hu id-"''[[De animalibus insectis]]''" li hu speċifikament dwar l-insetti, għalkemm jagħti kontenut iżjed wiesa' mill-Entema Aristotelika (fil-klassifikazzjoni tal-insetti Aldrovandi daħħal ukoll iż-żiemel tal-baħar u varji invertebrati filoġenetikament 'lil bogħod mill-insetti); Aldrovandi l-ewwel qasam l-insetti skont l-ambjent li jgħixu fih (insetti tal-ilma u insetti tal-art) u, wara kklassifika l-gruppi li rriżultaw skont għandhomx saqajn jew le; il-grupp ta' dawk bis-saqajn reġa' qasmu fi tliet gruppi skont il-morfoloġija tal-ġwienaħ.
Għalkemm din il-klassifikazzjoni tal-insetti mhijiex sodifaċenti għal kollox imqabbla ma dak li nafu l-ġurnat tal-lum, kien proprju bis-saħħa ta' Ulisse Aldrovandi li fl-[[Iskozja]], l-istudjuż [[Thomas Moufet]] (1553 - 1604), għamel is-suddiviżjoni fundamentalfundamentali tal-Insecta f'insetti bla ġwienaħ u bil-ġwienaħ in f'"atteri" u "alati" li nżammet sakemm ma saru it-takson moderni ta' [[Pterygota]] e [[Apterygota]]. Però anki Moufet, żamm il-kunċett iżjed ġenerali Aristoteliku ta' insetti li – fil-każ tiegħu – inkluda wkoll il-katarina-għolli-denbek, il-baqq tal-baħar u xi dud tal-baħar.
 
Għalkemm l-insetti kienu jirrappreżentaw materjal utli għall-ewwel kompilaturi, ix-xtieli ma twarrbux fil-ġenb. Infatti [[John Ray]] (1627 - 1705), naturalista Ingliż, ippubblika xogħol importanti dwar il-pjanti u l-annimali. L-approċċ li għażel għall-klassifikazzjoni tax-xtieli, fl-"''[[Historia Plantarum]]''", kien pass importanti lejn it-tassonomija moderna. Ray warrab is-sistema ta' diviżjoni dikotomika, li biha li-ispeċi ġew klassifikati skont prekonċetti jew tipi oħra ta' sistemi, u kklassifika il-ħxejjex abbażi tax-xebħ u d-differenzi li ħarġu mill-osservazzjonijiet tiegħu.