Klassifikazzjoni bijoloġika: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 7:
== Storja Tal-Klassifikazzjoni xjentifika ==
=== Antikità u Medjuevu ===
[[Stampa:Busto di Aristotele conservato a Palazzo Altaemps, Roma. Foto di Giovanni Dall'Orto.jpg|thumb|230px|right|Bust ta' [[Aristotele]], [[Ruma]].]] Is-sistema tal-klassifikazzjoni tal-forom tal-ħajja l-iżjed antika introduċieha [[Aristotele]] (384 QK - 322 QK), li fl-''[[De Anima]]'' kklassifika l-annimalannimali. Din il-klassifika ibbażaha fuq il-mod kif l-annimali jimxu minn post għall-ieħor u l-ambjent li jgħixu fih (arja, art jew ilma).
 
Aristotele ppropona wkoll xi klassifikazzjonijiet iżjed profondi fix-xogħlijiet ''Riċerki fuq l-annimali'', ''Il-partijiet tal-annimali'' u ''Dwar il-ġenerazzjoni tal-annimali''. Aristotele ppropona sistema ta' klassifikazzjoni bbażata fuq il-ftit tagħrif li kellu dak iż-żmien li kien fih ħafna suppożizzjonijiet. L-istudji tiegħu kienu fil-parti l-kbira annotazzjoni tal-karatteristiki, xi wħud anatomiċi, xi wħud fiżjoloġiċi u xi wħud etoloġiċi.
Linja 15:
It-teoriji żooloġiċi ta' Aristotele damu ħajjin għal xi elfejn sena, l-aktar minħabba l-fatt li l-Aristoteliżmu ġie aċċettat bħala xjenza mill-[[Knisja Kattolika]] bis-saħħa ta' [[Oriġene]], [[Santu Wistin]] u [[San Tumas t'Akwinu]].
 
Fost id-dixxipli ta' Aristotele kien hemm [[Teofrastu]] (373 QK - 288 QK) li fl-istudji tiegħu "''Riċerki dwar il-Pjanti''" u "''Kawżi tal-Pjanti''", kien l-ewwel li ddefinixxaaddefinixxa d-differenza u d-distinzjoni bejn ''annimali'' u ''veġetali''.
 
Anki matul il-perjodu ta' Ruma antika, ma naqsux l-approċċi naturalistiċi, imma dawn kienu kważi kollha karatterizzati minn reproduzzjoni kontinwa tal-istess testi Aristoteliċi. Però insibu xi ftit tentattivi ta' innovazzjoni fil-kotba tan-''Naturalis historia'' ta' [[Plinju x-Xiħ]] (23-79 WK) għalkemm dawn l-innovazzjonijiet iħarsu wkoll lejn annimali fantastiċi, pjanti mirakulużi u eżempji oħra mill-leġġendi u l-mitoloġija. Il-kitba ta' Plinju kellha tkun il-bażi tat-twelid ta' dawk li jissejħu "bestjarji medjoevali" li, matul il-[[Medjuevu]] kollu ħalltu r-riċerka sistematika mat-tradizzjoni ħrafija popolari.
 
[[Stampa:Isidor von Sevilla.jpeg|thumb|left|230px|Isidoru ta' [[Sivilja]], Arċisqof ta' Sivilja]]
Minkejja l-influss mill-mitiku, fost il-kitba medjoevalimedjevali insibu x-xogħlijiet ta' [[Isidoru ta' Sivilja]] (570-636), li studja n-natura f'għadd ta' kotba li jagħmlu l-enċiklopedija tiegħu "''Dwar l-oriġni u l-etimoloġija tal-ħlejjaq''". B'mod partikolari ir-renju tal-annimali hu maqsum fi tliet gruppi ewlenin klassifikati fi tmien kategoriji (bhejjem u bhejjem tat-tagħbija, annimali salvaġġi, ħut, annimali żgħar, annimali żgħar bil-ġwienaħ, sriep, għasafar, dud). It-''[[takson]]'' tad-dud propost minn Isidoru jinkludi fir-realtà anki il-brimb, il-millipiedi, is-sangisugi u speċi differenti ta' [[Cimicidae|baqq]].
 
Ix-xogħlijiet ta' Isidoru fis-seklu 13 influwenzaw il-filosfu Dumnikan [[Albertu l-Kbir]] (1193-1280). L-istudji tassonomiċi u żooloġiċi tiegħu – influwenzati mit-teoriji Aristoteliċi – fl-1270 inġabru fl-enċiklopedija "''De animalibus''". Għalkemm din kienet innovattiva ferm, ma ġibditx l-attenzjoni li stħaqqilha. Albertu l-Kbir qasam l-annimali skont kif jimxu, jiġifieri l-annimali bis-saqajn (il-bniedem, kwadrupedi), l-annimali li jtiru (għasafar, friefet il-lejl), l-annimali li jgħumu (ħut, mammiferi tal-baħar, arzell) u annimali li jitkaxkru (sriep, kukudrilli, gremxul). L-aħħar ktieb tax-xogħol tiegħu hu dedikat lill-"''annimali żgħar ħafna''" u "''mingħajr demm''", li fih iqiegħed l-Entema Aristoteliċi imma anki ż-żrinġijiet, il-bebbux u l-iskorpjuni. L-investigazzjoni żooloġika ta' Albertu l-Kbir fiha forma primittiva ta' metodu xjentifiku, fis-sens li l-klassifikazzjoni sistematika għandha magħha l-verifika minn xi sorsi u anki l-osservazzjoni personali ta' xi fenomeni, bħall-imġiba tal-brimb u n-nemel, l-anatomija tax-[[Apoidea|xadini]] u l-istudju tal-[[Metamorfożi (żoologija)|metamorfożi]] tal-[[farfett|friefet]].
 
FL-aħħar tal-Medjuevu allura kien hemm bidu ta' zforz fil-klassifikazzjoni tal-ħlejjaq ħajjin imma dak iż-żmien iż-żooloġija kienet titqiestitqis bħala xjenza qaribaqrib tatit-teoloġija u nħolqot sensiela twila ta' riċerka li ppruvat issib korrispondenza bejn l-annimali u s-simboli divini li kienu jaħsbu li għandhom. Kellna nistennew sal-perjodu rinaxximentali biex l-istudji jitbiegħdu minn dawn il-kunċetti u tibda xi tentattiva biex jiġu introdotti kriterji marbutin iżjed mal-osservazzjoni tan-natura.
 
=== [[Rinaxximent]] ===