Dun Karm Psaila: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
[[Stampa:KarmPsaila.jpg|thumb|lemin|250px|Dun Karm Psaila <small>bil-korteżija tal-[http://www.akkademjatalmalti.com/ Akkademja tal-Malti]</small>]]
'''Dun Karm Psaila''' ([[Ħaż-Żebbuġ]], [[18 t'Ottubru]] [[1871]] – [[Belt Valletta|Valletta]], [[13 t'Ottubru]] [[1961]]), magħruf sempliċiment bħala '''Dun Karm,''' kien wieħed mill-aqwa poeti Maltin ta' kull żmien, u huwa rikonoxxut bħala l-'''Poeta Nazzjonali [[Malta|Malti]]''ta' Malta. u kiteb l-innu nazzjonali ta' Malta magħruf bħala l-[[L-Innu Malti|Innu Malti]] fl-[[1945]]. Sakemm kellu 40 sena huwa kiteb biss bit-Taljan u l-poeżija tiegħu bit-Taljan kienet ukoll ta' livell għoli u ssemmiet b'tifħir mill-kontemporanji tiegħu.
 
Linja 23:
Qabel l-1912, meta kien għadu student, Dun Karm kiteb biss bit-Taljan. L-ewwel poeżija ippubblikata magħrufha tiegħu hi, ''La Dignita Episcopale'' (1889). Fl-1896 ħareġ l-ewwel ktieb ta’ versi bit-Taljan, ''Foglie d’alloro'', ġabra ta’ sebgħa u tletin poeżija li kiteb bejn is-sbatax u l-erbgħa u għoxrin sena ta’ ħajtu. Wara ppubblika wkoll ''Versi'' (1903), kollezzjoni oħra ta' poeżiji bit-Taljan. Huwa beda sunett li qatt ma temm miktub lid-dittatur Taljan [[Benito Mussolini]].
 
=== Jibda jikteb bil-Malti ===
Huwa kompla jikteb bit-Taljan sal-1912 meta wara laqgħa li kellu ma’ Mons. Pawl Galea u Ġużè Muscat Azzopardi beda jikteb bil-Malti fil-perjodiku “Il-Ħabib”. L-ewwel poeżija tiegħu bil-Malti kienet “Quddiem Xbieha tal-Madonna”, waħda mill-isbaħ. Dun Karm innifsu jirrakkonta hekk:
 
Line 29 ⟶ 30:
F’Mejju, 1914, dehret l-ewwel ġabra ta’ 15-il poeżija bil-Malti ta’ Dun Karm bl-isem ta’ ''L-ewwel ward'' jew ''Ġemgħa tal-poeżijiet li ktibt bil-Malti'' fis-Sensiela tal-Mogħdija taż-Żmien (għadd 140) li kien jippubblika [[Alfons Maria Galea|Alfons Marija Galea]]. F’Settembru 1920 ħareġ ġabra ta’ 25 poeżija oħra, biex juri kemm l-ilsien Malti meta mħaddem tajjeb, mhu xejn inqas minn ilsna oħrajn. Dan il-ktieb jismu ''Ward ieħor'' jew ''Ġabra oħra ta’ poeżijiet bil-Malti'' u kien iddedikah lil ommu li kienet mietet fl-1909. Fis-sena 1921 kiteb il-poeżija ''Lil ħuti Maltin'' biex ifakkar l-għoti tal-Kostituzzjoni, li iżda xxandret fl-1939 minħabba li l-poeta ma riedx jiċċappas mal-preġudizzji politiċi ta’ dak iż-żmien.
 
=== Temi fil-Poeżiji ta' Dun Karm ===
Fil-poeżiji tiegħu, Dun Karm kien jesprimi ruħu l-aktar f'mumenti ta' solitudni, li dejjem kienu akkumpanjati b'sens ta' spiritwalità. Il-poeżija tiegħu tixhed ħafna l-ħajja fl-irħula u tiddeskrivi wkoll il-kampanja u l-ambjent rurali ta' żmienu. Fi kliemu Dun Karm jirnexxielu joħroġ il-kultura Maltija bit-tradizzjonijiet tagħha u l-identità tal-Maltin flimkien mal-kultura letterarja bbażata l-aktar fuq ir-romantiċiżmu Taljan.
 
L-ewwel xogħlijiet tiegħu bit-Taljan jixhdu żgħożija ta' sliem u kalma; wara l-mewt ta' ommu beda jgħix fis-solitudni. Meta ddeċieda li jibda juża l-Malti biex jesprimi ruħu, esplora poetikament l-istorja ta' Malta biex jikkonferma l-kultura u l-identità nazzjonali. Fl-istess ħin, uħud mill-isbaħ poeżiji tiegħu juru vjaġġ interjuri fl-esperjenzi u s-sentimenti tal-poeta. B'hekk irnexxielu jgħaqqad kemm li jħoss hu u l-esperjenzi tiegħu flimkien ma' dawk ta' pajjiżu u niesu. Dun Karm iħares kemm lejn in-naħa personali kif ukoll dik nazzjonali tal-poeżiji tiegħu minn għajn reliġjuża ħafna. Il-kriżi spiritwali f'''Il-Jien u lil hinn Minnu'' hi analizzata b'mod universali għall-bniedem, li tagħti dawl fuq l-eżistenza tal-bniedem u tinsisti fuq il-misteru tar-relazzjoni bejn [[Alla]] u l-bniedem, ħlief għall-fatt li l-bniedem jaċċetta b'mod sħiħ il-qawwa moħbija ta' dan Alla.
 
=== Traduzzjonijiet tal-poeżiji tiegħu ===
A.J. Arberry qaleb madwar 37 poeżija ta' Dun Karm għall-Ingliż. Ġużè Delia qaleb ''Il-Vjatku'' għall-[[Lingwa Spanjola|Ispanjol]] u Laurent Ropa qaleb ''Il-Jien u lil hinn Minnu'' għall-[[Lingwa Franċiża|Franċiż]], Karmenu Mallia qaleb 'Il-Jien u Lilhinn Minnu' u 'Il-Musbieħ tal-Mużew' flimkien ma' poeżiji żgħar oħra, fosthom l-Innu Malti u s-sunett: 'Lil Mikiel Anton Vassalli', fl-Esperanto. Yevgeniy Vitkovskiy (Евгений Владимирович Витковский) qaleb '<nowiki/>''Ħerba'<nowiki/>'', '<nowiki/>''Kewkbet is-Safar'<nowiki/>'', u '<nowiki/>''Wied Qirda'<nowiki/>'' għar-Russu ukoll Vladislav Rezvij (Владислав Александрович Резвый) qaleb '<nowiki/>''Roma Immortalis''' għar-Russu.
 
Line 62 ⟶ 65:
=== Rumanz u Dizzjunarju ===
 
Il-kitbiet ta' Dun Karm jinkludu traduzzjoni ta' rumanz [[Żewġ Anġli: Ineż u Emilja]] (maqlub għall-Malti fl-1934 mir-rumanz Taljan ''Gli angeli del Perdono'' ta' Domenico Caprile.

Minbarra dawn, kiteb ukoll xi xogħlijiet kritiċi.

Kiteb ukoll [[dizzjunarju]] bejn l-1947 u l-1955 fi tliet volumi, ''Dizzjunarju Ingliż u Malti''.

Kiteb ukoll poeżija waħda bl-Esperanto: 'Penso Printempa' (Ħsieb għar-Rebbiegħa) fl-1 t'April 1901.
 
== Għarfien u unuri ==
Line 147 ⟶ 156:
* ''[[St. Michael School|Innu Skola San Mikiel]] ''
 
:
:Sema ieħor ma tafx għajr il-wiċċ t'ommha
:Dejjem safi bla nikta ta' ħajbura.