2016: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 6:
* 1: Il-Gvern Malti jibda l-Proġett Pilota tal-Live In Carers għall-anzjani. Mil-lum 12,000 anzjan bdew igawdu minn żieda fil-pensjoni.
* 3: Wara l-eżekuzzjoni tal-mexxej reliġjuż Xiita Nimr al-Nimr, l-Għarabja Sawdita twaqqaf ir-relazzjonijiet mal-Iran.
* 6: Il-Korea ta' Fuq tagħmel esperiment nukleari bil-bomba tal-idroġenu li jagħmel theżżiża ta' 5.1. Dan iġib kundanni internazzjonali.
* 8: Joaquín Guzmán, wieħed mill-akbar traffikanti tad-droga fid-dinja, jinqabad mill-ġdid wara li kien ħarab minn ħabs ta' sigurtà massima.
* 9: Il-Knisja Maltin tikkonkludi l-istħarriġ dwar l-allegati dehriet, messaġġi u fenomeni mistiċi marbuta ma' [[Anġelik Caruana]] f'Borġ in-Nadur u tgħid li l-allegati fenomeni, "mhumiex ġejjin minn Alla u għalhekk, m'għandhomx oriġini sopranaturali." F'digriet l-Arċisqof jordna "lill-Presbiteri, lir-Reliġjużi Rġiel u Nisa, lill-Katekisti u lill-Insara Fidili kollha biex ma jippromovux, bl-ebda mod, l-imsemmija allegati dehriet, allegati messaġġi, u allegati fenomeni mistiċi oħrajn."
* 11: [[Lionel Messi]] jirbaħ il-ħames Ballun tad-Deheb tal-FIFA.
* 16: L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika tħabbar li l-Iran żmantella b'mod adegwat il-programm tiegħu tal-armi nukleari, biex b'hekk in-Nazzjonijiet Magħquda ineħħu s-sanzjonijiet minn fuq l-Iran mill-ewwel.
* 16: Raġel Malti magħruf fi ċrieki ta' kriminalità jinqatel b'bomba li kienet ġewwa l-karozza tiegħu.
* 17: Folla tipprotesta kontra l-fatt li grupp ta' Musulmani kienu qed jitolbu barra faċċata l-Knisja tal-Imsida.
* 20: [[Michael Falzon]] jirriżenja minn Segretarju Parlamentali għall-Ippjanar wara li ħareġ ir-rapport tal-Awditur Ġenerali fuq l-espropjazzjoni tal-propjetà ta' Gaffarena.
* 21: Il-Prim Ministru [[Joseph Muscat]] jiftaħ kawża l-Qorti biex jieħu lura l-propjetà li ngħatat lil Gaffarena. [[Deborah Schembri]] tinħatar Segretarju Parlamentari.
* 22: Il-parti tal-Lvant tal-Istati Uniti milquta mit-tempesta Jonas li tħalli diversi vittmi.
* 26: [[Hassan Rouhani]] isir l-ewwel President tal-Iran li jżur il-Vatikan.
* 28: Il-WHO tħabbar li faqqgħet l-epidemija tal-virus Zika.
* 30: [[Toni Abela]] jiġi nnominat mill-Prim Ministru [[Joseph Muscat]] biex iservi bħala membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
* 31: Attentat triplu mill-IS f'Damasku jħalli 60 mejta u mija feruti.
 
'''Tul dan ix-xahar mietu:'''
Line 21 ⟶ 27:
 
== Frar ==
* 6: Terremot fit-Tajwan iħalli mill-inqas 116-il ruħ mejta.
* 7: Il-[[Korea ta' Fuq]] tispara fl-ispazju long-range rocket, biex hekk tikser ħafna trattati tan-Nazzjonijiet Magħquda u tiġbed kundanni minn madwar id-dinja kollha.
* 9: [[Donald Trump]] jirbaħ ill-PrimariesElezzjonijiet Primarji tar-Repubblikani ta' New Hampshire u jibda jidher li se jkun hu l-kandidat tar-Repubblikani għall-elezzjonijiet presidenzjali li se jsiru f'Novembru.
* 11: Jiġi skopert il-mewġ gravitazzjonali li kien preveda [[Albert Einstein]] bit-teorija tiegħu tar-relattività.
* 12: [[Papa Franġisku]] u l-Patrijarka Kirill ta' Moska jiffirmaw dikjarazzjoni ekumenika f'Kuba, f'laqgħa storika bla ebda preċedent.
* 20: Il-Knisja Kattolika f'Malta toħroġ position paper fuq l-hekk imsejħa "conversion therapy" tal-persuni omosesswali li tqajjem ħafna reazzjonijiet negattivi.
* 21: Il-Prim Ministru Joseph Muscat jattakka l-pożizzjoni meħduda mill-kumitat tal-Knisja dwar il-"conversion therapy".
 
* 25: [[Konrad Mizzi]] jinħatar Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-[[Partit Laburista (Malta)|Partit Laburista]], wara li [[Toni Abela]] ġie nnominat mill-Prim Ministru għal membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
* 26: Gianni Infantino, Żvizzeru, jiġi elett President tal-FIFA.
* 27: Isir ftehim ta' waqfien fil-ġlied fis-Sirja bejn l-Istati Uniti u r-Russja.
'''Tul dan ix-xahar mietu:'''
* 16: Boutros Boutros Ghali, eks Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda.
Line 32 ⟶ 44:
 
== Marzu ==
* 5: Rapport nazzjonali tal-Eurobarometer juri li 85% tal-Maltin huma sodisfatti bil-mod ta' kif qed tevolvi l-ekonomija Maltija, li jpoġġi lil Malta fit-tieni post fost it-28 Membru Stat. Il-Gvern Malti jgawdi 51% tal-fiduċja tal-poplu Malti, b'kuntrast għal 27% tal-Ewropej li għandhom fiduċja fil-Gvernijiet rispettivi tagħhom.
* 6: Il-[[Partit Nazzjonalista (Malta)|Partit Nazzjonalista]] jorganizza protesta nazzjonali kontra l-korruzzjoni fil-Belt Valletta.
* 13: Bomba tisplodi f'Ankara, il-kapitali tat-Turkija, u toqtol 32 ruħ.
* 14: Ir-Russja tħabbar li se tieqaf mill-intervent tagħha fis-Sirja.
* 15: In-nomina ta' Toni Abela għal membru tal-Qorti tal-Awdituri tiġi miċħuda mill-Kumitat finanzjarju tal-Parlament Ewropew.
* 18: Jiġi arrestat fi Brussel l-awtur tal-attentati ta' Pariġi ta' Novembru 2015.
* 21: Il-President Amerikan [[Barack Obama]] jibda żjara storika f'Kuba, l-ewwel żjara fi 88 sena.
* 22: Tliet splużjonijiet ko-ordinati fil-Belġju joqtlu mill-inqas 32 ruħ u jferu 250. L-IS tieħu r-responsabbiltà tal-attakki.
* 24: L-eks mexxej Serb Radovan Karadzic jingħata 40 sena ħabs wara li nstab ħati ta' ġenoċidju fil-gwerra tal-Bożnja.
'''Tul dan ix-xahar mietu:'''
* 3: Berta Caceres, ambjentalista mill-Ħonduras u mexxejja indiġena tinqatel.
* 6: L-Arċisqof Malti [[Paul Giglio]], Nunzju għan-Nikaragwa u l-Eġittu.
* 6: Nancy Reagan, l-armla tal-eks President Amerikan [[Ronald Reagan]].