Papa Franġisku: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 53:
Ħafna persuni madwar id-dinja għandhom ammirazzjoni għal dan il-Papa minħabba l-umanità tiegħu, l-umiltà tiegħu, l-imħabba tiegħu lejn il-foqra u l-impenn tiegħu għad-djalogu biex joħloq pontijiet bejn persuni u ġnus ta' kull fehma u reliġjon. Jgħix il-Papat b'mod iktar sempliċi u inqas formali mill-papiet ta' qablu. Għażel li jgħix fid-Domus Sanctae Marthae li hi sempliċi guesthouse minflok fil-Palazz Appostoliku kif kienu jagħmlu ta' qablu. Anke fi lbiesu huwa iktar sempliċi, lanqas liebes il-muzzetta fil-ħatra tiegħu, u baqa' bl-istess salib pettorali li kellu meta kien kardinal.
 
=== Fl-2013 ===
F'Diċembru 2013 huwa ġie ddikjarat “Person of the Year” mir-rivista internazzjonali ''TIME''.
 
Filwaqt li baqa' jżomm it-tagħlim tradizzjonali tal-Knisja Kattolika huwa wera ċertu ftuħ fil-konfront ta' persuni omosesswali, meta fit-28 ta' Lulju 2013 huwa qal: “Jekk persuna hi omosesswali u qed tfittex lill-Mulej u għandha rieda tajba, allura min jien jien biex niġġudikaha?”
 
Line 66 ⟶ 65:
F'Novembru huwa issospenda isqof Ġermaniż li nefaq wisq flus biex jirranġa d-dar tiegħu.
 
Fl-24 ta' Novembru huwa ħareġ eżortazzjoni appostolika twila bl-isem ''[[Evangelii Gaudium]]'', “Il-Vanġelu tal-Ferħ”, li fid-daħla tagħha huwa jgħid: “Il-ferħ tal-Evanġelju jimla l-qlub u l-ħajja ta' dawk kollha li jiltaqgħu ma' Ġesù. Dawk li jħallu lilhom infushom jiġu salvati minnu ikunu ħielsa mid-dnub, mid-dwejjaq, mill-vojt ġewwieni, mill-iżolament. Ma’ Ġesù Kristu dejjem jitwieled u jerġa’ jitwieled il-ferħ.”
 
F'Diċembru 2013 huwa ġie ddikjarat “Person of the Year” mir-rivista internazzjonali ''TIME''.
 
=== Fl-2014 ===
Fit-22 ta' Frar, Papa Franġisku jaħtar 19-il Kardinal ġdid, fosthom isqfijiet minn pajjiżi foqra bħal Chibly Langlois mill-Ħaiti u Philippe Nakellentuba Ouedraogo mill-Burkina Faso.
 
Fis-27 ta' April, iddikjara qaddisin lil [[Papa Ġwanni XXIII]] u [[Papa Ġwanni Pawlu II]]. 
 
Fil-5 ta' Ottubru, Papa Franġisku fetaħ is-Sinodu Staordinarju tal-Isqfijiet fuq il-Familja. Ħadu sehem 253 isqof u ħafna mistidnin oħra. Iddiskutew problemi li tiffaċċja l-familja bħall-effetti tal-gwerra, l-immigrazzjoni, il-vjolenza domestika, il-poligamija, iż-żwieġ inter-reliġjuż, il-ko-abitazzjoni, iż-żwiġijiet li jfallu, id-divorzju u dawk li jerġgħu jiżżewġu. Fi tmiem is-Sinodu tal-Isqfijiet, Papa Franġisku jgħid lill-Isqfijiet li l-Knisja trid "issib triq tan-nofs bejn ir-'riġidità ostili' u 'sens falz ta' ħniena'”.
 
Fid-19 ta' Ottubru, iddikjara Beatu lil [[Papa Pawlu VI]], li mexxa l-Knisja fis-snin diffiċli ta’ wara l-Konċilju Vatikan II.
 
=== Fl-2015 ===
Fl-14 ta' Frar, Papa Franġisku ħatar 20 Kardinal ġdid, ħafna minnhom minn pajjiżi żgħar, fosthom isqof minn Tonga, gżira żgħira f'nofs l-Oċean Paċifiku.
 
Fit-2 ta' Marzu, Papa Franġisku ltaqa' mal-isqfijiet li qed iservu lill-Knisja Kattolika fl-Afrika ta' Fuq, u irringrazzjahom għall-kuraġġ, il-lealtà u l-perseveranza tagħhom f'dan iż-żmien diffiċli. Fosthom kien hemm l-Isqof Malti Silvestru Magro, li kien imexxi d-djoċesi ta' Bengażi fil-Libja.
 
Fit-13 ta' Marzu, Papa Franġisku ħabbar [[Ġublew Straordinarju tal-Ħniena]] li jibda fit-8 ta' Diċembru 2015, 50 sena mill-għeluq tal-Konċilju, u jintemm fi Kristu Re tal-2016. Fl-1 ta' Settembru, Papa Franġisku ta fakultà lis-saċerdoti kollha li jagħtu assoluzzjoni lin-nisa li jagħmlu abort fis-Sena Ġubilari tal-Ħniena.
 
Fl-10 ta' Mejju, il-mexxej Kuban [[Raul Castro]] iltaqa' ma' Papa Franġisku fil-Vatikan u irringrazzjah għas-sehem tiegħu biex jitranġaw ir-relazzjonijiet ta' Kuba mal-Istati Uniti.
 
Fit-23 ta' Mejju, l-Arċisqof [[Oscar Romero]] ġie ddikjarat Beatu f'El Salvador wara li l-kawża tiegħu kienet ilha mwaħħla għal ħafna snin. Papa Franġisku kien ra li dan il-proċess jitħaffef. Nofs miljun ruħ jattendu għaċ-ċerimonja biex hekk din issir l-ikbar beatifikazzjoni fl-istorja tal-Knisja.
 
Fit-18 ta' Ġunju, Papa Franġisku ħareġ l-enċiklika ''[[Laudato Sì]]'', appell għall-azzjoni rigward id-degrad tal-ambjent u t-tibdil fil-klima. Fid-19 ta' Ottubru, Papa Franġisku ħeġġeġ lill-isqfijiet jiffirmaw appell lill-mexxejja tad-dinja rigward il-bidla fil-klima. 
 
Fis-6 ta' Settembru, Papa Franġisku talab lill-komunitajiet Kattoliċi madwar id-dinja biex jaddottaw familja ta' refuġjati.
 
Fl-4 ta' Ottubru, il-Papa fetaħ is-[[Sinodu tal-Familja]] fil-Vatikan, li ntemm fl-24 ta' Ottubru, b'iktar ftuħ għall-koppji separati u divorzjati. 
 
Fl-14 ta' Ottubru, Papa Franġisku talab maħfra għall-iskandli li kien hemm f'Ruma u fil-Vatikan. 
 
Fit-18 ta' Ottubru, Papa Franġisku iddikjara qaddisin lil Louis Martin u Marie-Azélie Guérin (1823–1894 u 1831–1877, rispettivament), il-ġenituri ta' Santa Tereża ta' Lisieux. 
 
== Vjaġġi appostoliċi ==
Line 80 ⟶ 111:
 
=== Vjaġġi tal-2014 ===
Fl-24 ta' Mejju 2014 għamel żjara ta' tlett ijiem fil-[[Lvant Nofsani]] fejn żar Amman, Betlem u [[Ġerusalemm]]. Talab ukoll quddiem il-ħajt tax-Xatt tal-Punent li jifred lil-Lhud mill-Palestinjani. B'rasu baxxuta fit-talb, u b'idu magħfusa fuq il-ħajt "tal-firda" tal-konkrit u mimli graffiti impost minn Israel, u maġenbu tifla Palestinjana żżomm bandiera f'idha, il-Papa għamel dikjarazzjoni siekta kontra dan is-simbolu ikrah ta' firda u konflitt, xahar u nofs qabel ma faqqgħet gwerra oħra f’Gaża bejn l-Israeljani u l-Palestinjani. Kellu ukoll laqgħa mal-Patrijarka Ortodoss Bartilmew I.
 
Fl-14 ta' Awwissu għamel żjara ta' ħamest ijiem fil-[[Korea t'Isfel]] fejn quddiem 80,000 ruħ ibbatifika 124 martri Korean u talab għall-għaqda tal-Korea.
Line 86 ⟶ 117:
Fl-21 ta' Settembru għamel żjara ta' ġurnata fl-[[Albanija]], l-ewwel pajjiż Ewropew li żar, għax fih ra mudell ta' armonija bejn ir-reliġjonijiet. Hemm ta ġieħ lill-Insara maqtula matul il-persekuzzjoni Komunista.
 
Fil-25 ta' Novembru, għamel żjara ta' 4 sigħat fi [[Strażburgu|Strasburgu]] fi [[Franza]], l-iqsar żjara ta' Papa barra l-Italja, fejn indirizza l-[[Parlament Ewropew]] u l-[[Kunsill tal-Ewropa]] u qajjem il-kwistjoni tat-trattament tal-immigranti u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema. Ċanfar lill-Ewropa: "Ma rridux inħallu 'l-Mediterran isir ċimiterju kbir."
 
Fit-28 ta' Novembru, beda żjara ta' tlett ijiem fit-[[Turkija]] wara stedina tal-President [[Erdogan]] u tal-Patrijarka Ortodoss [[Bartilmew I]]. Tkellem favur id-djalogu bejn ir-reliġjonijiet, kontra l-fanatiżmu u favur imbuttatura ġdida fil-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani. Talab ma' kjeriċi Iżlamiċi fil-Moskea l-Kaħla. U ħa sehem f'liturġija mal-Patrijarka u talab għall-għaqda bejn il-Knejjes Insara. Kważi xahar wara, fit-3 ta' Jannar 2015, it-Turkija ppermettiet li tinbena l-ewwel Knisja Nisranija wara kważi mitt sena, minn meta l-pajjiż sar repubblika moderna fl-1923.
 
=== Vjaġġi tal-2015 ===
Line 109 ⟶ 140:
Fil-21 ta' Marzu 2014, il-President [[George Abela]] kellu udjenza privata mal-Papa, qabel ma Abela temm il-presidenza tiegħu. Huwa stiednu jagħmel żjara f'Malta, u l-Papa kkunsidra l-possibiltà.
 
Fit-22 ta' Settembru 20152014, il-President [[Marie Louise Coleiro Preca]] kellha udjenza privata mal-Papa, u reġgħet stidnitu jagħmel żjara f'Malta. Huwa maħsub li jiġi Malta fl-2016.
 
== Ħajja personali ==