Walter Michael Ebejer: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 3:
 
== Bijografija ==
Ebejer twieled Ħad-Dingli, [[Malta]], fit-3 t'Awwissu 1929 lil GiuseppeĠużeppi Ebejer u MariaMarija GiuseppaĠużeppa mwielda Cutajar. Hu daħal l-[[Ordni tad-Dumnikani]] u studja fil-Kulleġġ ta' San Tumas Aquinas, ir-[[Rabat (Malta)|Rabat]], Malta, u kompla l-edukazzjoni tiegħu fir-[[Renju Unit]]. Fl-24 ta' Jannar 1954, Ebejer ġie ordnat saċerdot tal-Ordni Dumnikani fl-età ta' 24.<ref>http://www.catholic-hierarchy.org/bishop/bebejer.html</ref> Fl-1956, hu ggradwa fil-[[filosofija]] u [[teoloġija]] mill-Kulleġġ ta' San Tumas Aquinas, ir-Rabat, u wara fl-1973, hu ggradwa u kiseb il-liċenzja fit-teoloġija ''summa cum laude'' mill-Angelicum f'[[Ruma]].
 
Fl-1957, Ebejer mar il-Brażil bħala missjunarju fl-istat ta' [[Goiás]]. Mill-1961 sal-1969 ħadem xogħol pastorali fit-Tramuntana ta' [[Parana]] u kien is-superjur tal-Ordni Dumnikani ta' Malta mill-1969 sal-1973. Wara nħatar lekċerer fil-Università Kattolika Pontifikali ta' Parana u fl-Università Kattolika Studium Theologicum. Hu sar ukoll il-kappillan ta' [[Matinhos]] sal-1976.