Ġużeppi Mercieca: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 37:
Fl-20 ta' Marzu 2016, ġie rrappurtat li kien qed jinsab f'qagħda kritika. Mercieca miet l-għada fil-21 ta' Marzu 2016 fiż-[[Żejtun]] għall-ħabta tas-7.20am.<ref>{{ċita web|url=http://www.timesofmalta.com/articles/view/20160321/local/fears-for-archbishop-guzeppi-merciecas-health.606383|titlu=Archbishop Mercieca passes away – tributes to a 'humble, prudent and firm' priest|lingwa=Ingliż|opra=Times of Malta|data=21 ta' Marzu 2016|urlarkivju=http://web.archive.org/web/20160321093652/http://www.timesofmalta.com/articles/view/20160321/local/fears-for-archbishop-guzeppi-merciecas-health.606383|dataarkivju=21 ta' Marzu 2016}}</ref> L-Arċisqof Scicluna ħabbar il-mewt tiegħu fuq [[Twitter|Twitter.]]<ref>https://twitter.com/BishopScicluna/status/711802581127962624</ref> Il-President [[Marie Louise Coleiro Preca]], il-Prim Ministru [[Joseph Muscat]], u l-Kap tal-Oppożizzjoni [[Simon Busuttil]] ukoll esprimew id-diqa tagħhom fuq Twitter.<ref>https://twitter.com/presidentMT/status/711807186805125120</ref><ref>https://twitter.com/JosephMuscat_JM/status/711811952755023872</ref><ref>https://twitter.com/SimonBusuttil/status/711805518243885056</ref>
 
Fi tweet, '''il-Prim Ministru''' Joseph Muscat qal li Monsinjur Mercieca mexxa l-Knisja fi żmien delikat ħafna u ddeskrivih bħala "bennej tal-pontijiet fis-soċjetà." Qal ukoll li jgħożż il-kontribut tiegħu. Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Gvern ħabbar tlett ijiem ta' luttu nazzjonali, li matulhom il-bnadar fuq bini pubbliku se jkunu qed jittajru mezz’asta.
 
Min-naħa tiegħu, '''il-Kap tal-Oppożizzjoni''' Simon Busuttil qal li jinsab imnikket bl-aħbar filwaqt li ddeskriva lill-Arċisqof Mercieca bħala mexxej għaqli fi żmien diffiċli għall-Knisja f'Malta.
 
'''Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista''' fil-Parlament Ewropew, u eks Prim Ministru [[Alfred Sant]] iddeskriva lill-Arċisqof Ġużeppi Mercieca bħala bniedem kordjali, kawt u korrett li għaraf jimxi bi prudenza soda. Tenna li fl-umiltà tiegħu, Mons Mercieca kien ta’ sikwit privatament iżur il-morda fl-isptarijiet.
 
Il-funeral se jsir nhar l-Erbgħa 23 ta' Marzu 2016 fl-4pm fil-[[Kon-Katidral ta' San Ġwann]], il-[[Valletta|Belt Valletta]], u se jindifen fil-[[Katidral ta' San Pawl]], l-[[Mdina|Imdina]].