Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Ġużeppi Mercieca"

[[Stampa:Bishop.joseph.mercieca.JPG|150px|thumb|Ġużeppi Mercieca]]
'''Ġużeppi Mercieca''' (Ir-[[Rabat (Għawdex)]], [[11 ta' Novembru]] [[1928]] – Iż-[[Żejtun]], [[21 ta' Marzu]] [[2016]]) kien l-[[Arċisqof]] tal-[[Arċidjoċesi ta' Malta]] bejn l-1976 u l-2006. Huwa kienet it-tielet Għawdxi f'din il-kariga.
 
== Bijografija ==
 
Ġej minn familja magħrufa bħala "Ta' Mewta" li jagħmlu l-inbid.
Imwieled fil-[[Rabat (Għawdex)|Belt Victoria]], fil-gżira ta' [[Għawdex]], hu ġie ordnat saċerdot fit-8 ta' Marzu 1952 ġewwa l-[[Bażilka ta' San Ġorġ]], fl-istess Rabat, Għawdex. Fid-29 ta' Settembru 1974 ġie kkonsagrat bħala [[Isqof awżiljarju]] mill-Arċisqof [[Mikiel Gonzi]], Mons. [[Nikol Ġużeppi Cauchi]] u Mons. [[Francesco Ricceri]].
 
Studja fis‑Seminarju ta’ Għawdex, wara kompla l‑istudji tiegħu f’Ruma u ġie ordnat saċerdot fit‑8 ta’ Marzu 1952 ġewwa l-[[Bażilka ta' San Ġorġ]], fl-istess Rabat, Għawdex. Huwa ġab il-lawrija ta' avukat.
Fid-29 ta' Novembru 1976, Mons. Mercieca sar is-suċċessur ta' Mons. Mikiel Gonzi fil-gwida tal-Arċidjoċesi ta' Malta. F'din il-pożizzjoni dam għal kważi 34 sena, fejn fit-2 ta' Diċembru 2006 ħalla postu wara li laħaq il-limitu ta' età biex ikompli jservi f'din il-kariga. Is-suċċessur attwali tiegħu hu Mons. [[Pawlu Cremona]].
 
Mill‑1959 sal‑1969 kien Rettur tas‑Seminarju ta’ Għawdex, sakemm fl‑1969 ġie nominat imħallef tas‑Sacra Romana Rota; kien ukoll konsultur tal‑Kongregazzjoni tas‑Sagramenti u tal‑Kongregazzjoni għad‑Duttrina tal‑Fidi.
Saħħet Mercieca bdiet tmur lura u ma setax jattendi l-appuntament tal-Arċisqof [[Charles J. Scicluna|Charles Scicluna]] fi Frar 2015. Fl-20 ta' Marzu 2016, ġie rrappurtat li kien qed jinsab f'qagħda kritika. Mercieca miet l-għada fil-21 ta' Marzu 2016 fiż-[[Żejtun]] għall-ħabta tas-7.20am.<ref>{{ċita web|url=http://www.timesofmalta.com/articles/view/20160321/local/fears-for-archbishop-guzeppi-merciecas-health.606383|titlu=Archbishop Mercieca passes away – tributes to a 'humble, prudent and firm' priest|lingwa=Ingliż|opra=Times of Malta|data=21 ta' Marzu 2016|urlarkivju=http://web.archive.org/web/20160321093652/http://www.timesofmalta.com/articles/view/20160321/local/fears-for-archbishop-guzeppi-merciecas-health.606383|dataarkivju=21 ta' Marzu 2016}}</ref> L-Arċisqof Scicluna ħabbar il-mewt tiegħu fuq [[Twitter|Twitter.]]<ref>https://twitter.com/BishopScicluna/status/711802581127962624</ref> Il-President [[Marie Louise Coleiro Preca]], il-Prim Ministru [[Joseph Muscat]], u l-Kap tal-Oppożizzjoni [[Simon Busuttil]] ukoll esprimew id-diqa tagħhom fuq Twitter.<ref>https://twitter.com/presidentMT/status/711807186805125120</ref><ref>https://twitter.com/JosephMuscat_JM/status/711811952755023872</ref><ref>https://twitter.com/SimonBusuttil/status/711805518243885056</ref>
 
Fis‑27 ta’ Lulju 1974, issejjaħ lura Malta u ġie nominat awżiljarju ta’ Mons. Michael Gonzi u ordnat isqof titulari ta’ Gemelle fin‑Numidja fid‑29 ta’ Settembru tal‑istess sena. Dak iż-żmien Mercieca ma tantx kien magħruf Malta. Il-konsagrazzjoni saret mill-Arċisqof [[Mikiel Gonzi]], Mons. [[Nikol Cauchi]] u Mons. [[Francesco Ricceri]].
 
== Arċisqof ==
Għamel sentejn Vigarju Ġenerali sakemm ġie nnominat Arċisqof ta’ Malta fid‑29 ta’ Novembru 1976. Meta Mercieca iltaqa’ ma’ [[Papa Pawlu VI]] meta nħatar isqof, il-Papa ra li Mercieca ma kellux salib, u qal lill-assistenti tiegħu jġibulu wieħed. Il-Papa dak il-ħin qallu “Salib forsi m’għandekx, imma salib xi ġġorr meta tkun Arċisqof ta’ Malta se jkollok.”
 
Ħa l‑pussess ta' Arċisqof fit‑12 ta' Diċembru 1976.
 
Daħal riformi fl-amministrazzjoni tal-Kurja fosthom li l-qassisin jibdew jitħallsu flok ma jiddependu mill-elemożina tal-quddies.
 
Fit-tmenijiet huwa ġie f'konflitt mal-Gvernijiet Laburisti ta' [[Dom Mintoff]] u [[Karmenu Mifsud Bonnici]] li riedu li l-iskejjel tal-knisja jsiru b'xejn kif fil-fatt saru u l-Gvern beda jħallas il-pagi tal-għalliema. Meta l-qiegħa politika saħnet kien sar anke attakk vjolenti fuq il-Kurja u tqiegħdet bomba mar-residenza tiegħu fl-Imdina. Magħha kien hemm ukoll il-kwistjoni tal-artijiet tal-Knisja li ssolviet fid-disgħinijiet meta l-gvern kien immexxi minn [[Eddie Fenech Adami]].
 
Minkejja l-konflitti li Mintoff kellu mal-Arċisqof Gonzi fis-snin sittin, fis-snin ta' wara huwa ried li Gonzi jibqa' isqof u mar riedx lil Mercieca. Huwa kien jara lil Mercieca bħala karattru dgħajjef.
 
Iżda fil-mewt ta' Dom Mintoff, erba' snin qabel ma miet Mercieca, huwa qal hekk meta mistoqsi: “Mintoff għamel il-parti tiegħu u jiena għamilt il-parti tiegħi. Bħal kull bniedem, huwa kien jixtieq il-ġid, iżda hemm min jesprimih mod u hemm min jesprimih mod ieħor. Jiena ppruvajt nagħmel il-parti tiegħi bħala isqof u hu dejjem għamel il-parti tiegħu... Dan l-aħħar mort narah. Kont mort nara persuna l-isptar u sirt naf li fl-istess kamra ta’ din il-persuna kien hemm il-Perit Mintoff. Jiena avviċinajt lil min kienu miegħu u għedtilhom li xtaqt narah. Hu qalilhom ‘għidulu jidħol.’ Ħadt pjaċir inkellmu u din ix-xi ħaġa fil-fatt irrepetiet ruħu għal tliet darbiet jew erba’. Għedtlu l-bambin iħobbok… beda jidħak. Ma kienx seta’ jitkellem ħafna. Peró dejjem spiċċajna b’dan it-ton sabiħ u kalm. Jiena meta rajtu ħadt pjaċir narah u hu ħa pjaċir bija. Dan l-aħħar mort rajtu d-dar tiegħu stess. Mort ħdejh fejn is-sodda. Kellna relazzjoni tajba għax kieku ma kienx idaħħalni fid-dar tiegħu.”
 
Mercieca kien innominat konsultur tas‑Sacra Romana Rota fl‑1992 u aktar tard imħallef fis‑Segnatura Apostolica.
 
Huwa ħadem biex il-Knisja jkollha stazzjoni tar-radju, l-RTK.
 
== L-Aħħar Snin ==
F'din il-pożizzjoni dam għal kważi 34 sena, fejn fit-2 ta' Diċembru 2006 ħalla postu wara li laħaq il-limitu ta' età biex ikompli jservi f'din il-kariga. Is-suċċessur attwali tiegħu hu Mons. [[Pawlu Cremona]]. Fil‑11 ta’ Novembru 2003, Monsinjur Arċisqof kien offra lill‑Qdusija Tiegħu l‑Papa r‑riżenja tiegħu minn Arċisqof ta’ Malta, skond kif titlob il‑liġi tal‑Knisja dwar l‑Isqfijiet Djoċesani li jilħqu l‑eta ta’ 75 sena.
 
Saħħet Mercieca bdiet tmur lura u ma setax jattendi il-pussess tal-Arċisqof [[Charles J. Scicluna|Charles Scicluna]] fi Frar 2015.
 
== Mewt u Funeral ==
Saħħet Mercieca bdiet tmur lura u ma setax jattendi l-appuntament tal-Arċisqof [[Charles J. Scicluna|Charles Scicluna]] fi Frar 2015. Fl-20 ta' Marzu 2016, ġie rrappurtat li kien qed jinsab f'qagħda kritika. Mercieca miet l-għada fil-21 ta' Marzu 2016 fiż-[[Żejtun]] għall-ħabta tas-7.20am.<ref>{{ċita web|url=http://www.timesofmalta.com/articles/view/20160321/local/fears-for-archbishop-guzeppi-merciecas-health.606383|titlu=Archbishop Mercieca passes away – tributes to a 'humble, prudent and firm' priest|lingwa=Ingliż|opra=Times of Malta|data=21 ta' Marzu 2016|urlarkivju=http://web.archive.org/web/20160321093652/http://www.timesofmalta.com/articles/view/20160321/local/fears-for-archbishop-guzeppi-merciecas-health.606383|dataarkivju=21 ta' Marzu 2016}}</ref> L-Arċisqof Scicluna ħabbar il-mewt tiegħu fuq [[Twitter|Twitter.]]<ref>https://twitter.com/BishopScicluna/status/711802581127962624</ref> Il-President [[Marie Louise Coleiro Preca]], il-Prim Ministru [[Joseph Muscat]], u l-Kap tal-Oppożizzjoni [[Simon Busuttil]] ukoll esprimew id-diqa tagħhom fuq Twitter.<ref>https://twitter.com/presidentMT/status/711807186805125120</ref><ref>https://twitter.com/JosephMuscat_JM/status/711811952755023872</ref><ref>https://twitter.com/SimonBusuttil/status/711805518243885056</ref>
 
Il-funeral se jsir nhar l-Erbgħa 23 ta' Marzu 2016 fl-4pm fil-[[Kon-Katidral ta' San Ġwann]], il-[[Valletta|Belt Valletta]], u se jindifen fil-[[Katidral ta' San Pawl]], l-[[Mdina|Imdina]].
Utent anonimu