Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Konrad Mizzi"

467 bytes miżjuda ,  5 snin ilu
l-ebda taqsira
Dr. Konrad Mizzi (Raħal Ġdid, 4 ta' Novembru 1977) huwa l-Ministru tal-Enerġija u s-Saħħa fil-Gvern Malti u d-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-[[Partit Laburista (Malta)|Partit Laburista]].
 
Iggradwa b’distinzjoni mill-UniversitáUniversità ta’ Nottingham M.A.(Strategic Management)fil-Masters u Ph.Dd-Dottorat fl-iStrategic Management. Huwa kien kiseb ukoll B.Sc.il-Baċellerat fix-Xjenza mill-Università ta’ Malta u għandu Diploma fil-Finanzi. Mizzi kien ingħata Chevening Scholarship.
 
== Proġetti ==
 
Qabel ma daħal fil-politika, Mizzi mexxa proġetti ewlenin kemm f’Malta kif ukoll fl-Ingilterra, fl-oqsma tal-enerġija, infrastruttura, telekommunikazzjonitelekomunikazzjoni u promozzjoni tal-industrija. Huwa kien partner u kap tas-sezzjoni tal-enerġija u infrastruttura għar-reġjun tal-Ewropa, Lvant Nofsani u l-Afrika (EMEA) tal-kumpanija Pcubed.
 
Qabel dan Mizzi kellu karigi għoljin fi ħdan Deloitte and Touche u kien Direttur tal-Programmi tal-British Telecom (Moorhouse) fir-Renju Unit. Fl-Ingilterra mexxa diversi proġetti fis-settur tal-enerġija. Ħadem ukoll ma’ kapijiet ta’ gvernijiet reġjonali biex titjieb il-qagħda f’inħawi li għadhom qed jiżviluppaw.
 
F’Malta, Mizzi kien minn ta’ quddiem fit-tim li waqqaf il-Malta Enterprise. Kien ingħaqad mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fi żmien Gvern Nazzjonalista bħala konsulent dwar management fejn mexxa diversi proġetti, fosthom dak ta’ public-private partnership biex titjieb id-dehra madwar it-toroq u r-roundabouts madwar Malta. Kien ukoll Chief Information Officer tal-Enemalta.
 
== Politika ==
 
Fl-2013 ħareġ għall-elezzjoni f'isem il-Partit Laburista wara li ġie avviċinat mill-Mexxej tal-Partit [[Joseph Muscat]]. Huwa tela' fil-Parlament u nħatar Ministru tal-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma. Wara r-reshuffle li saret f'April 2014, żdiedlu ukoll id-dikasteru tas-Saħħa wara r-riżenja ta' [[Godfrey Farrugia]].
 
Fi Frar 2016, huwa nħatar Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-[[Partit Laburista (Malta)|Partit Laburista]], wara li Toni Abela ġie nnominat mill-Prim Ministru għal membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
 
== Ħajja Personali ==
Utent anonimu