Assedju ta' Malta (1565): Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Modifiki annullati ta' 46.11.160.127 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' Infinite0694
Linja 1:
{{wikifikazzjoni}}
{{Infobox Kunflitt Militari
|kunflitt = Assedju ta' Malta
|parti_minn =
|stampa = [[Stampa:Siege of malta 1.jpg|300px|]]
|deskrizzjoni_stampa = Il-wasla tat-Torok f'Malta
|data = 18 ta' Mejju – 11 ta' Settembru, 1565
|post = [[Malta]]
|territorju =
|riżultat = Rebħa tal-[[Ordni Militari Sovran ta' Malta|Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann]]
|kumbattent1 = [[Stampa:Naval_Ensign_of_the_Ottoman_Empire_(1453–1793).svg|23px]] [[Imperu Ottoman]]
|kumbattent2 = [[Stampa:Flag of the Sovereign Military Order of Malta.svg|23px]] [[Ordni Militari Sovran ta' Malta|Kavallieri ta' San Ġwann]]
[[Stampa:Flag of New Spain.svg|23px]] [[Imperu Spanjol]]
[[Stampa:Civil Ensign of Malta.svg|23px]] [[Maltin]]
|kmandant1 = [[Kızıl Ahmedli Mustafa Pasha]]
[[Piyale Pasha]]
[[Turgut Reis]] †
[[Salih Reis]]
[[Uluç Ali Reis]]
|kmandant2 = [[Stampa:Flag of the Sovereign Military Order of Malta.svg|23px]] [[Jean Parisot de la Valette|Jean de Valette]]
[[Goncales de Medran]]†
[[Melchior de Robles]]†
[[Kurunell Mas]] †
[[Mathurin Romegas]]
|saħħa1 = 22,000-48,000
|saħħa2 = 6,100-8,500
|korruti1 = <25,000-35,000
|korruti2 = 2,500 truppi
7,000 ċivil
500 skjav

L-'''Assedju ta' Malta tal-1565''', magħruf aktar bħala l-'''Assedju l-Kbir ta' Malta''', kien assedju miġġieled fl-1565 bejn il-qawwa [[Imperu Ottoman|Ottomana]] li kienet assedjat lill-[[Kavallieri ta' San Ġwann]], gvernaturi tal-[[Malta|gżejjer Maltin]].

Il-Kavallieri rebħu dan l-assedju, wieħed mill-aktar assedju mdemmi fl-istorja u fost l-aktar qalil, u li fis-seklu sittax kien avveniment li biddel wiċċ l-[[Ewropa]]. Il-filosfu [[Voltaire]] jgħid dwar dan l-assedju, "Xejn mhu magħruf aktar mill-assedju ta' Malta". Din kellha tkun l-aħħar theddida Ottomana fl-Ewropa, b'din il-battalja tkun l-aħħar wiċċ imb wiċċ għall-ġlieda bejn il-forzi Kristjani u dawk Ottomani għall-kontroll tal-[[Baħar Mediterran|Mediterran]].

== L-Assedju ==
Kien fit-[[18 ta' Mejju]], [[1565]] meta fuq ix-xefaq dehret il-flotta Ottomana mmexxija minn Pijali Paxà bħala Ammirall tal-flotta u Mustafà Paxà bħala ġeneral tat-truppi. L-Ottomani niżlu l-art b'40,000 suldat u tellgħu l-kampijiet tagħhom fil-kampanja l-ikbar wieħed kien fil-wita tal-[[Marsa]].

L-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann kien immexxi mill-Gran Mastru [[Jean Parisot de la Valette]]. La Valette kellu madwar 9,000 raġel taħt l-armi li minnhom 592 kienu kavallieri. Il-biċċa l-kbira minnhom irġiel Maltin. Mill-bidu kien hemm diżgwit bejn il-Ġenerali Ottomani. Mustafà ried li jieħu lil [[Għawdex]] taħt idejh billi jirbaħ iċ-[[Ċittadella]] u jokkupa l-[[Mdina|Imdina]] b'hekk jifdal il-[[Forti Sant'Iermu]], il-[[Birgu]] u l-[[Isla]]. Pijali ma qabilx mal-pjan għax ried li l-ewwel jikseb port tajjeb u kenni għall-flotta. Għalhekk Pijali ried li l-ewwel jiġi attakkat il-forti Sant'Iermu u wara li jintrebaħ il-forti u l-flotta tkun sigura fil-port ta' [[Marsamxett]] isiru l-attakki biex tintrebaħ il-gżira. Meta tniżżlu t-truppi u twaqqfu l-kampijiet bdew l-attakki mill-ewwel fuq il-forti Sant'Iermu. Wara ġimagħtejn wasal [[Dragut]] bil-flotta tiegħu. U żdiedu l-attakki fuq il-forti li kien meqjus bħala l-iktar wieħed inferjuri mit-tlieta.

Il-Kavallieri u l-Maltin li kienu fil-forti għamlu reżistenza kbira u meta bdew jaqtgħu qalbhom għax kienu waslu fl-aħħar u talbu lil La Valette biex iħallihom iċedu, La Valette bagħat risposta li jekk iċedu jmur hu nnifsu b'nies oħra. Fl-aħħar wara iżjed minn xahar ġlied il-forti Sant'Iermu mfarrak għal kollox waqa' f'idejn l-Ottomani fit-[[23 ta' Ġunju]], [[1565]]. Meta l-Ottomani daħlu f'Sant'Iermu qabdu l-katavri tal-Kavallieri u l-Maltin, fetħulhom sidirhom forma ta’ salib u wara li rabtuhom mal-injam u tefgħuhom fil-[[Port il-Kbir|port]] lejn in-naħa tal-Birgu u l-Isla. La Valette b'risposta qata' ras il-priġunieri kollha u ordna li rjushom jiġu sparati lejn Sant'Iermu (li kien f'idejn l-Ottomani).

L-Ottomani tilfu mat-8,000 raġel u lil Dragut innifsu, li miet b’daqqa ta' ġebla, kumparat mal-ammont żghir ta' nies li tilfu l-Kavallieri.

La Valette talab l-għajnuna lil [[Viċirè ta' Sqallija]] għal ħafna drabi. Wara xi żmien waslu 1,200 suldat taħt it-tmexxija ta' Don Garcia. La Valette ipprotesta ħafna u qal li ammonti żgħar ta’ suldati mhux sa jagħmlu differenza. La Valette, biex ibeżża' lill-Ottomani, kabbar kemm felaħ din l-għajnuna.

Wara li waqa' Sant'Iermu, Mustafà u Pijali dawru ħsiebhom lejn il-[[Birgu]] u l-[[Isla]] fejn għamlu diversi attakki fuq iż-żewġ postijiet. Attakk kbir li sar kien fuq l-Isla meta ġiet attakkata minn mijiet ta' suldati minn fuq dgħajjes fil-baħar u mill-art.
Attakk kbir iehor kien sar fuq il-Birgu u ġie rtirat meta niżlet il-kavallerija tal-Ordni mill-[[Mdina|Imdina]] u għamlet ħerba mill-kamp tal-Ottomani.

Fl-aħħar waslet għajnuna minn Sqallija ta' 7,850 raġel fis-[[7 ta' Settembru]]. Il-ġenerali Ottomani ħasbu li x-xniegħa li kien hemm, dik li ġejja għajnuna kbira minn Sqallija kienet seħħet u peress li kien hemm bidu ta' imxija fost it-truppi Ottomani minħabba li l-bjar tal-ilma viċin il-kampijiet kienu ġew imħassra mill-Maltin (jingħad li ntefgħu xi katavri ta' annimali mejta fihom), u li ukoll kien qiegħed jasal fi tmiemu l-istaġun tat-tbaħħir iddeċidew li jirtiraw it-truppi tagħhom minn Malta. Għalhekk dakinhar ingħatat l-irtirata ġenerali u sal-għada [[8 ta' Settembru]], [[1565]] it-truppi Ottomani ħallew ix-xtut tal-gżejjer Maltin.
[[Stampa:Siege of malta 3.jpg|thumb|220px|Il-ħarba tal-Ottomani]]
Għadhom jissemmew ħafna xi nies Maltin li b'kuraġġ issieltu fl-Assedju, fosthom [[Toni Bajjada]] li kien jaqsam mill-Birgu sal-Belt bl-għawm u wara jibqa' tiela' minn qalb it-Torok bil-messaġġi ta' La Valette lejn l-[[Mdina|Imdina]]. Jissemmew ukoll persuni ta' ħila li kienu jbaħħru bejn Malta u Sqallija jwasslu l-aħbarijiet tal-gwerra.

== Wara ==

Id-data tat-8 ta' Settembru għadha titfakkar kull sena b'festa nazzjonali f'Malta, u magħha żdiedet it-tifkira ta' meta ntemm it-[[Assedju ta' Malta (1940)|tieni Assedju ta' Malta]] meta fit-[[8 ta' Settembru]] [[1943]] l-Italja ffirmat l-[[Armistizzju]]. Din il-ġurnata hi magħrufa bħala [[Jum il-Vitorja]] . fis'''-7 ta settembru''' telqu it torok minn malta , hekk kif '''waslet l ghajnuna minn barra'''.

== Ara wkoll ==