Toni Abela: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
Toni Abela (mwieled fit-2 ta’ Lulju, 1957) huwa politiku Malti li ġie elett bħala Deputat Mexxej (għall-Affarijiet tal-Partit) tal-Partit Laburista f’Ġunju 2008.  F’dawn l-aħħar 30 sena kien magħruf għal posizzjonijiet b’saħħithom fuq kontabilità, trasparenza u governanza korretta.  Huwa wieħed mill-persuni li fassal l-Att dwar il-Whistleblower, l-Att dwar il-finanzjament ta’ partiti politiċi u l-liġi li neħħiet il-preskrizzjoni tal-politiċi f’każijiet ta’ abbuż u korruzzjoni.  Fi Frar 2015 ġie nnominat mill-Gvern ta’ Malta biex iservi bħala membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Toni Abela (2 ta' Lulju 1957) huwa avukat u huwa d-Deputat Mexxej tal-[[Partit Laburista (Malta)|Partit Laburista]] għall-Affarijiet tal-Partit.
 
== PolitikuKarriera Politika ==
 
'''Deputat Mexxej tal-Partit Laburista (Affarijiet tal-Partit) (2008-2016)'''
Fl-1988, ta' 31 sena huwa sar President tal-Partit Laburista. Fl-1989 huwa tkeċċa mill-Partit flimkien mal-Whip tal-Partit, Wenzu Mintoff, u [[Carmen Spiteri]], wara li dawn ikkritikaw fil-miftuħ lill-Partit għall-elementi ta' korruzzjoni fi ħdanu.
 
Huwa ġie elett Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit fit-12 ta’ Ġunju 2008. Minbarra r-responsabbiltajiet ġenerali tiegħu tat-tmexxija u l-ġestjoni tal-affarijiet interni tal-Partit, huwa mexxa wkoll il-65 fergħa politika tal-Partit Laburista. Huwa stabbilixxa standards ta’ tmexxija tajba fid-39 Kunsill Lokali bi tmexxija Laburista u ra li dawn l-istandards ikunu rispettati. Matul il-mandat tiegħu, il-Partit Laburista għadda minn bidliet radikali fil-livelli kollha ta’ organizzazzjoni.
Fl-1989 flimkien ma' [[Wenzu Mintoff]] waqqaf l-Alternattiva Demokratika, li iktar tard saret Partit.
 
·        '''Attakk fuq Toni Abela matul il-Kampanja Elettorali tal-2013'''
Għamel żmien viċi-Sindku tal-Ħamrun.
 
Toni Abela kien wieħed mill-miri ewlenin tal-attakki tal-Partit Nazzjonalista matul il-kampanja għall-Elezzjoni Ġenerali tal-2013 li rat lill-Partit Laburista jirbaħ l-elezzjoni b’rekord ta’ voti u differenza ta’ 11.4% bejn iż-żewġ partiti.  Il-Partit Nazzjonalista ddikjara li Toni Abela waqqaf barman ta’ ċentru politiku tal-Partit Laburista milli jiġi investigat mill-pulizija, wara allegat użu ta’ kokaina fil-bar, waqt il-ħin tax-xogħol.  
Fl-1998 huwa reġa' resaq lejn il-Partit Laburista, wara stedina tal-Mexxej [[Alfred Sant]] u għamel żmien twil jippreżenta programmi fuq ONE TV.
 
Wara l-elezzjoni, kien hemm qbil ġenerali li dan ma kienx għajr attakk politiku skorrett waqt kampanja elettorali, bil-Partit Nazzjonalista stess jiddikjara fl-analiżi ta’ wara r-riżultat elettorali li l-attakk fuq Toni Abela kkontribwixxa għat-telfa tiegħu.  Matul il-kampanja elettorali nnifisha, il-Kummissarju tal-Pulizija ddikjara li ma kien hemm ebda każ x’jittella’ kontra Toni Abela.
=== Deputat Mexxej tal-Partit ===
 
Iktar mill-ħamġitlu r-reputazzjoni, l-attakk fuq Toni Abela żveka l-korrettezza politika li mexa biha, fejn keċċa lill-barman, minkejja li kien hemm biss suspett żgħir, mingħajr ebda evidenza, ta’ dak li ġara.  Fl-istess waqt Toni Abela ma aċċettax li din il-persuna tidħol lura fiċ-ċentru politiku, wara numru ta’ ġustifikazzjonijiet li pprova jagħmel.  Toni Abela ma kellu l-ebda prova, pero ma ried jiehu l-ebda riskju u mingħajr esitazzjoni, keċċa lill-persuna kkonċernata minnu fih.
Għall-istess kariga fl-2008 kienu kkontestaw ukoll Gavin Gulia u Stefan Buontempo.
 
'''President (1988 – 1989)'''
F’ittra lid-delegati Laburisti Abela kien iwiegħed li fl-elezzjonijiet ġenerali hu mhux se joħroġ bħala kandidat u ddikjara li m’għandu l-ebda interess f’xi siġġu parlamentari.
“Jekk intom jogħġobkom taħtruni f’din il-kariga jiena mill-ewwel ngħaddi biex ninforma b’dan lit-tmexxija u fost ir-riformi li se nipproponi jkun hemm dik li min ikun qiegħed jokkupa din il-kariga ma jkunx jista’ jikkandida ruħu fl-elezzjonijiet,” issostni l-ittra ta’ Abela. L-għan ta’ din id-dikjarazzjoni kien biex bħala Deputat Mexxej responsabbli mill-Affarijiet tal-Partit, li jinkludi wkoll il-kuntatt mal-każini, Abela jkun jista’ jiddedika l-enerġija kollha tiegħu mingħajr ma joqgħod jaħseb fis-siġġu parlamentari.
 
Fl-1988, huwa ġie elett President tal-Partit Laburista u serva f’din il-kariga sal-1989 meta kellu jirreżenja mill-partit wara li ħa pożizzjoni kontra l-korruzzjoni u l-elementi kriminali fi ħdan il-partit.
Proposta oħra li għamel Abela hi t-twaqqif ta’ Uffiċċju ta’ l-Awditur minflok il-Bord tal-Viġilanza u d-Dixxiplina. L-awditur ikollu l-jedd li jinvestiga kull ilment anki fuq inizjattiva personali tiegħu u jagħmel rakkomandazzjonijiet lil min ikun responsabbli għan-nuqqasijiet. L-awditur jippreżenta wkoll rapport annwali lill-Konferenza Ġenerali.
 
'''Ko-fundatur tal-Alternattiva Demokratika (1989)'''
Fit-12 ta' Ġunju 2008 intgħażel bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit.
 
F’din l-istess sena, huwa waqqaf l-Alternattiva Demokratika, il-Partit ambjentali f’Malta, flimkien mal-whip ta’ dak iż-żmien tal-Partit Laburista, Wenzu Mintoff. Hawnhekk ħadem għal kwistjonijiet ambjentali, l-ugwaljanza bejn is-sessi, it-trasparenza politika u sistema elettorali aktar ġusta bl-introduzzjoni ta’ kwota nazzjonali li tippermetti lill-partiti politiċi żgħar li jkunu rappreżentati fil-Parlament f’konformità mal-mudell Ġermaniż. Huwa kkampanja favur l-introduzzjoni tal-att tal-Whistle Blower, l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, it-tneħħija tal-preskrizzjoni għall-uffiċjali pubbliċi f’każ ta’ abbuż ta’ poter u korruzzjoni u favur il-ħtieġa ta’ Liġi dwar il-Finanzjament tal-Partiti.
=== Konsulent tal-Priministru ===
 
'''Viċi Sindku tal-Ħamrun (1993)'''
Wara r-rebħa elettorali tal-2013, Abela nħatar konsulent legali tal-Ministru [[Marie Louise Coleiro Preca]], kif ukoll konsulent tal-Prim Ministru [[Joseph Muscat]] u ngħata d-dritt li jkun preżenti għal-laqgħat tal-Kabinett.
 
Fl-1993 huwa ġie elett Viċi Sindku tal-Ħamrun, belt ewlenija f’Malta, u kien responsabbli mill-infurzar tal-liġi u l-ġestjoni tal-uffiċju tal-ilmenti taċ-ċittadini, Huwa introduċa l-ewwel ordinamenti (bye-laws) u stabbilixxa l-ewwel qorti lokali.
== Televiżjoni ==
 
Fl-2003 ippreżenta l-programm ''Robin Hood'' flimkien ma' [[Wenzu Mintoff]], fuq ONE TV, waħda mill-ftit drabi li stazzjon offra alternattiva vera għal Xarabank ta' TVM.
 
Abela ppreżenta ukoll ''Obelisk'' flimkien ma' [[Joe Mifsud]], li fih intervisti personaġġi eċċentriċi bħal [[Ċikku Fenech]], [[Norman Lowell]] u [[Emy Bezzina]] fost l-oħrajn.
 
Fil-preżent għandu rokna darba fil-ġimgħa fil-programm ''Kalamita'' li fih jitratta każ legali ma' panel ta' nies komuni.
 
== Ħajja Personali ==
 
Huwa miżżewweġ lil Marisa u għandu tlett itfal.
 
{{DEFAULTSORT:Abela, Toni}}