Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Toni Abela"

53 bytes miżjuda ,  5 snin ilu
l-ebda taqsira
Toni Abela (2 ta' Lulju 1957) huwa avukat u huwa d-Deputat Mexxej tal-[[Partit Laburista (Malta)|Partit Laburista]] għall-Affarijiet tal-Partit.
 
== Politiku ==
 
Fl-1988, ta' 31 sena huwa sar President tal-Partit Laburista. Fl-1989 huwa tkeċċa mill-Partit flimkien mal-Whip tal-Partit, Wenzu Mintoff, u [[Carmen Spiteri]], wara li dawn ikkritikaw fil-miftuħ lill-Partit għall-elementi ta' korruzzjoni fi ħdanu.
 
Fl-1989 flimkien ma' [[Wenzu Mintoff]] waqqaf l-Alternattiva Demokratika, li iktar tard saret Partit.
== Televiżjoni ==
 
Fl-2003 ippreżenta l-programm ''Robin Hood'' flimkien ma' [[Wenzu Mintoff]], fuq ONE TV, waħda mill-ftit drabi li stazzjon offra alternattiva vera għal Xarabank ta' TVM.
 
Abela ppreżenta ukoll ''Obelisk'' flimkien ma' [[Joe Mifsud]], li fih intervisti personaġġi eċċentriċi bħal [[Ċikku Fenech]], Normon[[Norman Lowell]] u [[Emy Bezzina]] fost l-oħrajn.
 
Fil-preżent għandu rokna darba fil-ġimgħa fil-programm ''Kalamita'' li fih jitratta każ legali ma' panel ta' nies komuni.
Utent anonimu