FC BATE Borisov: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 36:
== Storja ==
 
FundatIl-klabb kien fundat lura fl-1973, ġie ristabbilit fl-1996. L-isem BATE ġej mill-akronomu tal-'''B'''orisov Works of '''A'''utomobile and '''T'''ractor '''E'''lectronic Equipment. Minkejja li ma kellhomx xi storja wisq sabiħa fi ħdan il-[[Kampjonat tal-futbol Sovjetiku|kampjonat Sovjetiku]], mill-1996 'il quddiem, BATE irnexxielhom jirbħu ħames kampjonati nazzjonali waqt li kkompetew fil-kompetizzjonijiet tal-[[UEFA]] kontra timijiet ta' kalibru bħal [[AC Milan]], [[Juventus FC|Juventus]], [[FC Zenit St. Petersburg|Zenit St. Petersburg]], [[Bolonga FC 1909|Bolonga]], [[TSV 1860 München|1860 Munich]] u [[Real Madrid CF|Real Madrid]]. Mal-unuri tal-kampjonat, insibu wkoll it-[[Tazza tal-Bjelorussja]] li ntrebħet fl-2006, meta l-formazzjoni ta' Borisov irnexxielha tagħmel il-famuża ''[[double (futbol)|double]]''.
 
Plejers bħal [[Aliaksandr Hleb]], [[Vitali Kutuzov]] u [[Yuri Zhevnov]] bdew il-karriera tagħhom mal-BATE u llum huma regulari fit-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Bjelorussja|tim nazzjonali tal-Bjelorussja]].
 
Fl-2008, BATE saret l-ewwel skwadra Bjelorussa li waslet sal-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League. Il-klabb irnexxielu jasal sa dan l-istadju tal-[[UEFA Champions League 2008–09|edizzjoni 2008–09]], meta fit-triq elimina fl-ewwel rawnd preliminarju liċ-ċampjins [[Iżlanda|Iżlandiżi]] [[Valur]], fir-rawnd suċċessiv lill-[[Belġju|Belġjani]] ta' [[RSC Anderlecht]], waqt li fl-aħħar rawnd lill-[[Bulgarija|Bulgari]] ta' [[PFC Levski Sofia|Levski Sofia]]. It-tlugħ tal-poloz tefgħu lill-klabb Bjelorussu ma' Real Madrid, Juventus u Zenit St. Petersburg. Wara li fl-ewwel logħba fi [[Spanja]] kontra r-Real Madrid tilfu 2–0, BATE kisbu riżultat prestiġjuż meta f'darhom spiċċaw pari ta' 2–2 kontra t-tim ta' Juventus, meta b'sorpriża kienu saħansitra jinsabu f'vantaġġ ta' żewġ gowls. Dan kien l-ewwel punt storiku f'fażi tal-gruppi tal-kompetizzjoni massima Ewropea. Il-mixja ta' BATE kompliet sakemm ġabru punt ieħor fil-partita ta' wara li spiċċat 1–1 kontra t-tim [[Russja|Russu]] ta' Zenit. Minkejja li spiċċaw l-aħħar mill-grupp u naqsu li jikkwalifikaw għall-fażi suċċessiva jew għar-rawnd tal-aħħar 32 tat-Tazza UEFA, huma xorta kisbu tifħir internazzjonali mill-istampa għad-dixxiplina, l-istil offensiv u n-nuqqas ta' biża li kellhom kontra uħud mill-aqwa timijiet Ewropej.
 
==Unuri==