Akkwedott ta' Wignacourt: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Bot: sostituzzjoni tal-istampa minn Wignacourt_Aqueduct_Santa_Venera_Malta.jpg għal Wignacourt_Aqueduct_Birkirkara_Malta.jpg
Linja 11:
Fl-1612 sar attentat ieħor mill-Gran Mastru Wignacourt. Wignacourt qabbad inġinier Taljan, jismu Bontadino Bontadini. Dan kellu l-għajnuna minn tliet mgħallmin, Indri minn Trapani, Ġużeppi minn Palermo u l-Malti, Ġanni Attard. Dawn l-erbgħa, flimkien, iddeċidew li ma jistgħux jgħaddu l-ilma minn taħt l-art. Dawn l-imgħallmin ħadmu kollox fuq l-arkati mibnija mill-ġebla Maltija. Dan il-proġett beda jissejjaħ l-Akwedott. Biex l-ilma ma jifqax il-kanali tal-ilma, intuża wkoll tafal speċjali ta’ Pozzuoli (maġenb Napli) magħruf bħala Pozzolana. Il-proġett ħa 5 snin biex jitlesta. Fuq il-proġett ħadmu madwar 600 ruħ kuljum. L-ilma twassal il-Belt fil-21 ta’ April 1615. Wignacourt ħallas minn butu parti kbira mill-ispejjeż għal dal-proġett.
 
[[File:Wignacourt Arch 2015-11-28 02.jpg|thumb|L-Arkata ta' Wignacourt bejn Fleur De Lys u Santa Venera]]
L-akwedott jibda minn Ħ'Attard, jgħaddi mill-Imrieħel u jispiċċa f'Santa Venera. Kien inbena bieb sabiħ ħafna bi tliet arkati imma dan kellutwaqqa jitwaqqafit-[[Tieni minħabbaGwerra liDinjija]] metawara kienuli qedħabtu jibnumiegħu t-triqkrejn rieduu jneħħuħtrakk. Fil-ponta ta' dan il-bieb kien hemm l-arma tal-kunjom tal-familja tal-Gran Mastru Wignacourt li kienet il-Fleur de Lys. Għalhekk dan il-post baqa' bl-isem ta' Fleur De Lys. Il-bieb reġa nbena bejn l-2014 u l-2015, u llum kważi lest.
 
Dan l-akwedott hu bini ferm importanti li għamlu l-Kavallieri ta' San Ġwann għax kien bis-saħħa tiegħu li bedda jasal l-ilma tajjeb għax-xorb fil-belt Valletta mingħajr ma joqogħdu jġibu l-ilma mill-Marsa. Kienet tkun ħaġa ferm kerha li kieku għandek belt ġdida mingħajr ma jkollok mezz tajjeb kif ikollok l-ilma.