Valletta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Modifiki annullati ta' 92.251.63.107 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' 193.188.47.57
Linja 48:
 
== Storja ==
L-ewwel ġebla tal-Belt Valletta tpoġġiet fit-[[28 ta' Marzu]] [[1566]], mill-[[Gran Mastru]] tal-[[Ordni ta' San Ġwann]], [[Jean Parisot de Lala Valette]]. L-Ordni (li kienet ilha għal ħafna żmien tmexxi kemm lill-belt u anki lill-gżira) iddeċidiet li tibni l-belt il-ġdida fil-peniżola ta' Xiberras ftit wara t-tmiem tal-[[Assedju ta' Malta (1565)|Assedju l-Kbir tal-1565]], biex b'hekk tibni ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-Ordni f'Malta, fejn effettivament assigura l-permanenza tal-Kavallieri fuq il-gżira. L-arkitett li ddiżinja l-pjanta tal-belt kien [[Francesco Laparelli]] li ntbagħat mill-[[Papa Piju V]]. Meta Laparelli ħalla l-Belt, xogħlu komplieh l-assistent tiegħu, [[Ġlormu Cassar]] li pproġetta wkoll il-[[Kon-Katidral ta' San Ġwann]] u parti mill-fortifikazzjonijiet.
 
Fit-25 ta' Marzu 1566, ġie inawgurat il-bini tal-Belt, b'La Valette stess ipoġġi l-ewwel ġebla, fejn illum hemm il-knisja tal-Vitorja. Il-pjanta tal-belt kienet kemxejn ġdida għall-gżejjer Maltin, hekk kif waqt li l-bliet u l-irħula l-oħra Maltin kellhom toroq irregolari u sqaqien, il-belt il-ġdida kellha disinn rettangulari taħt forma ta' gradilja, mingħajr ebda ''[[Collacchio]]'', li hi żona ristretta biss għal bini importanti. It-toroq kienu wiesgħa u dritti, b'dik tan-nofs li tibda minn [[Putirjal]] u tispiċċa fil-[[Forti Sant'Iermu]] fuq in-naħa l-oħra.