Frida Kahlo: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Removing Link FA template (handled by wikidata)
m →‎Ħajja u karriera artistika: Spanish spelling (Río, Ángel, es:Lázaro Cárdenas del Río, Álvarez)
Linja 35:
Fl-1930, kellha l-ewwel l-ewwel korriment. Wara l-inċident, qallulha li qatt ma jista' jkollha tfal iżjed billi kellha l-pelvi maqsum fi tliet postijiet, u minħabba f'hekk ma setgħetx ikollha tqala bla problemi billi t-tarbija ma setgħetx toqgħod f'pożizzjoni normali. Matul iż-żjara tagħhom f'Detroit, reġgħet saret tqila. Kmieni f'din it-tieni tqala, Frida marret tara tabib fl-isptar Henry Ford, li ta parir li żżomm it-tarbija u ma ttemmx it-tqala tagħha. Qallha li tista' twelled permezz ta' ċesarja<ref name="a">''Le journal de Frida Kahlo'', b'introduzzjoni ta' Carlos Fuentes, du Chêne, 1995</ref>. Minkejja l-ottimiżmu tat-tabib, kellha korriment ieħor fl-4 ta' Lulju 1932. Irrappreżenat is-sentimenti tagħha, is-sens ta' solitudni u abbandun wara t-telfa tat-tarbija fil-pittura ''L-isptar Henry Ford'' jew ''Is-sodda ttir'', li fiha pinġiet fetu maskili kbir f'pożizzjoni embrijonika, it-tarbija li tilfet fil-korriment, "iċ-ċkejken Diego" li ttamat li żżomm għal tul it-tqala.
 
Wara dan l-episodju ikraħ, Frida Kahlo pinġiet xi pitturi li rriflettew l-għeja tagħha u l-istmerrija li kellha għall-iStati Uniti u għall-Amerikani filwaqt li żewġha baqa' affaxxinat b'dan il-pajjiż u ma riedx jitilqu. Hi esprimiet l-opinjoni tagħha dwar il-pajjiż tal-"gringos" fil-pitturi ''Awtoritratt fuq il-fruntiera bejn il-Messiku u l-iStati Uniti'' u ''Il-libsa tiegħi imdendla hawn''. Minkejja l-ammirazzjoni tagħha għall-progress industrijali tal-iStati Uniti, Frieda li kienet nazzjonalista Messikana, fuq in-naħa l-oħra tar-[[RioRío Bravo]], ħassietha qiesa ħuta barra mill-ilma. Sadanittant, fl-1932 mietet ommha.
 
F'Diċembru tal-1933, Diego Rivera qabel li jmorru lura l-Messiku. Marru joqgħodu [[San AngelÁngel]], f'dar mibnija mill-ħabib tagħhom [[Juan O'Gorman]] li kien perit u pittur. Minħabba l-problemi tas-saħħa Frida kellha terġa' tmur l-isptar għal raxkament.
 
Fl-1935, pinġiet żewġ pitturi biss, waħda minnhom kienet ''Ftit barxiet żgħar'', li tevoka il-mewt ta' mara minnħabba l-għira. Frida Kahlo indunat li żewġha kellu relazzjoni ma' oħtha, Cristina. Imweġġa' fil-fond telqet mid-dar u marret toqgħod fiċ-ċentru tal-belt tal-Messiku. Matul dan il-perjodu, kellha bosta relazzjonijiet barra ż-żwieġ, xi wħud ma' nisa oħrajn. F'nofs l-1935, marret New York ma' żewġt iħbieb nisa. Damet ma reġgħet lura l-Messiku sakemm kienet temmet ir-relazzjoni bejn oħtha u żewġha fl-aħħar tas-sena.
 
Fit-9 ta' Jannar 1937, il-President [[LazaroLázaro CardenasCárdenas del RioRío]] uża l-poter kostituzzjonali tiegħu biex jagħti l-ażilu politiku lil [[Leon Trotsky]]. Frida u Diego stednu 'l Trotsky biex ma' martu Natalia Sedova joqgħod fid-dar tagħom, La Casa Azul (Id-Dar il-Kaħla). Żviluppat affari qasira, jgħidu li kienet appassjonata, bejn Trotsky u Frida. Fl-aħħar ta' din l-avventura, l-artista offrietlu "bl-affezzjoni" f'għeluq sninu, is-7 ta' Novembru 1937, ''Awto-ritratt dedikat lil Leon Trotsky'' fejn pinġiet ruħha liebsa sabiħ b'karta f'idejha bid-dedikazzjoni: {{Iċċita | Lil Leon Trotsky, niddedika din il-pittura bl-imħabba tiegħi kollha ...}}
Meta Trotsky u l-mara telqu mid-dar, ħallewha warajhom.
 
Linja 53:
Fil-bidu ta' Ottubru tal-1938, Frida Kahlo ppreżentat ix-xogħlijiet tagħha fil-gallerija ta' Julien Levy f'New York. Nofs il-ħamsa u għoxrin xogħlijiet ippreżentati nbigħu. Matul iż-żjara tagħha, kellha relazzjoni mal-fotografu [[Nickolas Murray]].
 
Fl-1939 Frida marret [[Pariġi]] għall-wirja kbira fuq l-[[Messiku]] organizzata mill-gvern [[CardenasCárdenas]] fil-gallerija Pierre Colle. Hemm qagħdet ma' [[André Breton]] u ltaqgħet mal-pitturi [[Yves Tanguy]], [[Picasso]] u [[Wassily Kandinsky]].
 
Pariġi ma għoġbithiex għax sabitha maħmuġa. L-ikel ma qabilx magħha u qabditha [[Escherichia coli|kolibaċillożi]]. Il-wirja ma għoġbithiex lanqas: fl-opinjoni tagħha "kienet invadietha dik il-qabda wlied il-qħab li huma s-surrealisti, sabetu żejjed dak l-irmixk kollu" esibit f'isem il-Messiku<ref name=Clezio>J.M.G. Le Clézio, ''Diego et Frida'', Pariġi, Stock, 1993 ISBN 2-234-02617-2, pp.168-169</ref>.
Linja 69:
Fl-1943, tat klassi tal-pittura fl-Akkademja tal-Belle Arti, iżda minħabba s-saħħa kellha tgħallimha f'darha. Kellha wġigħ kontinwu f'sieqha l-leminja u f'darha li ma ħallihiex timxi sewwa. Kellha tilbes kurpett tal-ħadid (dan narawh f' ''Kolonna Maqsuma''column). F'Ġunju tal-1946, għamlet operazzjoni f'daharha li ħallietilha żewġ ċikatriċi kbar fin-naħa t'isfel ta' daharha.
 
Fl-aħħar tas-snin 1940, il-qagħda tas-saħħa ta' Frida Kahlo marret għall-agħar u, fl-1950, kellha terġa' tidħol l-isptar ABC fil-belt tal-Messiku. Damet hemm disa' xhur. L-operazzjoni l-ġdida fuq is-sinsla kienet ikkumplikata b'infjammazzjoni u minħabba dan ħtieġet operazzjoni oħra. Damet sa wara s-sitt operazzjoni (minn total ta' seba') qabel ma setgħet terġa' tibda tpinġi, imma kellha tagħmel dan mimduda fuq daħarha. Fir-Rebbiegħa tal-1953, il-fotografa [[Lola AlvarezÁlvarez Bravo]] organizzat l-ewwel wirja ta' Frida Kahlo weħida fil-Messiku. It-tabib ma ħallihiex tqum, u ħaduha fuq is-sodda tal-isptar sal-gallerija biex tieħu sehem fil-ftuħ.
 
=== Tmiem diffiċli ===