Oscar Romero: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 36:
Minkejja l-"konservattiżmu" Kattoliku tiegħu, sa minn daż-żmien Romero beda jiġi akkużat b' "komuniżmu" minn xi esponenti politiċi tal-lemin għax espona d-duttrina soċjali tal-Knisja u kkritika it-trattament ħażin tal-ħaddiema li kienu jitħaddmu bil-ġurnata mill-''cafetaleros'', il-produtturi tal-[[kafè]]. Xi uħud maqrusin bl-appelli tiegħu għal tqassim ġust tal-ġid bdew jakkużawh li qed ibagħbas fil-ġbir tal-fondi għall-bini tal-katidral u li seraq il-ġojjelli li kienu jżejnu lill-Verġni tal-Paċi, iżda dawn kienu biss kalunnji. Oħrajn bdew ixerrdu xnigħat fuq saħħtu. Dan ħabba l-fatt li t-tabib kien ordnalu tliet xhur mistrieħ. L-istess tabib kien stqarr f'ittra lin-nunzjatura fl-1964 li hija gidba li Romero huwa miġnun jew isofri minn xi paraliżi. Fi kliem it-tabib "Romero huwa ''fighter'' kbir, ma jiqafx jaħdem, u bla dubju l-ħafna xogħol tiegħu iwasslu xi drabi għal eżawriment naturali."
 
Romero kien jiffrekwenta l-''[[Opus Dei]]'', għaqda li l-fundatur tagħha [[Jose-MarìaJosé EscrivàMaría Escrivá de Balaguer]] kien sar jafu fl-1955 fl-Ewropa. Escrivà kien ta' inkoraġġiment kbir għal Romero biex "jaqdi b'żelu appostoliku lill-Knisja Qaddisa Rumana." Fl-Opus Dei, Romero kien jammira l-ispiritwalità soda tagħhom, il-fedeltà lejn il-Knisja, l-impenn fix-xogħol u s-"sens sopranaturali" tagħhom - kwalitajiet li hu nnifsu kien jikkultiva f'ħajtu. Romero fil-fatt kien jitlob ħafna, u mit-talb kien iħossu xprunat għall-azzjoni, kien jaħdem b'serjetà u determinazzjoni, u kien lest li jibqa' fidil lejn Kristu u lejn il-Knisja akkost li jmut martri. Kien qarrej assidwu tal-''Osservatore Romano'' u kuljum kien jismu r-Radju tal-Vatikan. Kellu venerazzjoni bla tarf lejn il-Papa u t-tagħlim tiegħu. Kien isegwi l-motto Injazjan ''sentire cum Ecclesia'' (qalb waħda mal-Knisja). Kien jilbes dejjem is-suttana u kien iċanfarhom lil dawk il-qassisin li ma kinux jilbsuha jew li ma kien ikollhom l-ebda distintiv, u dawk li jkollhom familjarità żejda man-nisa. Kien jikkultiva l-identità saċerdotali tiegħu iżda kien jaf ukoll ir-ruħ tal-poplu u kien jaf jinterpretaha. Kull filgħaxija kien ilaqqa' lin-nies fil-knisja għal ''ora santa'' quddiem is-Sagrament espost. Kien jitlob ir-rużarju man-nies, u l-quddiesa dejjem kien jagħmilha b'devozzjoni u solennità.
 
Sa daż-żmien il-kwistjoni soċjali ma kinitx fost il-prijoritajiet taż-żagħżugħ Romero, għalkemm kien diġà jipprietka l-konverżjoni tal-għonja li kellhom ikunu inqas egoisti u juru iktar ħniena mal-foqra. Fis-snin sittin is-soċjetà u l-Knisja Salvoderena saru ħafna iktar konxji tal-iskwilibriji soċjali fil-pajjiż. Romero, dejjem b'fedeltà lejn il-Knisja kien jimxi fuq id-duttrina soċjali tal-Knisja u ddefenda bi sħiħ lill-Arċisqof Chavez ta' San Salvador meta dan safa fil-mira ta' ħafna attakki wara li f'Awwissu 1966 kien ħareġ ittra pastorali li fiha kkundanna b'qawwa l-inġustizzji soċjali fil-pajjiż.