Oscar Romero: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m →‎Tfulija: Spanish spelling (Óscar, Dueñas)
Linja 16:
== F'Ruma (1937-1942) ==
 
Is-superjuri tiegħu kif raw ix-xeħta tiegħu għall-istudju bagħtuh [[Ruma]]. Ftit jiem qaebl telaq lejn Ruma miet missieru. Romero studja fil-[[Pontificia Università Gregoriana]] immexxija mill-Ġiżwiti bejn l-1937 u l-1942 fil-Fakultà tat-Teoloġija fejn ġab il-Baċellerat, il-Liċenzjat u d-Dottorat. Minn hemm xorob ukoll l-ispiritwalità Injazjana u beda jipprattika l-Eżerċizzji Spiritwali ta' San Injazju. Kien jgħix fil-CollegioColegio PioPío LatanoamericanoLatino Americano mmexxi ukoll mill-Ġiżwiti fejn għamel ħafna ħbieb. Fil-villeġjatura tas-sajf f'Montenero qrib Livorno kien jgħallem jgħumu lis-seminaristi l-oħra. Bħal ħafna seminaristi oħra f'Ruma kien jieħu sehem fil-ħajja reliġjuża tal-belt ta' Ruma u hu ta servizz f'parroċċi fil-periferija ta' Ruma bħal Garbatella u Quarticciolo. F'Ruma kibret fih imħabba kbira lejn il-figura tal-Papa, speċjalment lejn Papa Piju XI, li assista għall-mewt tiegħu fl-1939 u kien jammirah għall-fermezza u l-kuraġġ tiegħu quddiem il-potenti ta' din id-dinja, Hitler u Mussolini: "Sakemm indum Papa jien ħadd ma jidħak bil-Knisja."
 
== Saċerdot u isqof ==