Oscar Romero: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m →‎Tfulija: Spanish spelling (Óscar, Dueñas)
Linja 6:
Bin Santos Romero u Guadalupe de Jésus Galdámez, Óscar Arnulfo Romero y Galdámez twieled f'familja modesta ta' sebat aħwa, kollha subien ħlief waħda, fi Ciudad Barros, raħal pittoresk fuq l-għoljiet, b'altitudni ta' 900 metru, mhux 'il bogħod mill-fruntiera mal-[[Ħonduras]]. Missieru kien telegrafu lokali u kien iħobb il-mużika u l-qari. F'daru kellu librerija ta' kotba ikbar minn tal-kappillan, iktar minn mitt ktieb. Lil uliedu għallimhom it-talb u l-katekiżmu iżda ma tantx kien Kattoliku ferventi u jidher li kellu diversi tfal oħra illeġittimi. Ommu mill-banda l-oħra kienet reliġjuża ħafna u kull filgħaxija kienu jgħidu r-rużarju. Oscar kien l-iktar wieħed reliġjuż mill-aħwa. Kien iħobb imur il-knisja jitlob u jqum bil-lejl jitlob kif xehed ħuh iż-żgħir Mamerto li kien jorqod fl-istess sodda miegħu imma li min-naħa tiegħu kien jippreferi jorqod.
 
Ta' 4 snin, OscarÓscar Romero intlaqat minn marda gravi, probabbilment il-poliomielite li żammitu għal xhur milli jiċċaqlaq u milli jitkellem. Din l-infermità ħalliet konsegwenzi fit-tul fuq il-karattru tiegħu li sar iktar introvers u timidu iżda ukoll b'intelliġenza riflessiva. Kien jiggosta l-kliem u t-tifsir tiegħu u dejjem għatxan li jsir jaf. Billi fiżikament kien dgħajjef ma tantx kien jilgħab mat-tfal l-oħra. Missieru kien isejjaħlu b'mod xejn sabiħ "il-paralitiku". Mix-xogħol ta' missieru bħala telegrafu, huwa beda jaffaxxina ruħu mill-mikrofoni, radjijiet u mezzi ta' komunikazzjoni. L-għalliema tiegħu jiftakruh tajjeb fl-Ispanjol iżda li xejn ma kien iħobb il-Matematika.
 
Fi żjara li l-ewwel isqof ta' San Miguel, Juan Antonio DuenasDueñas y Argumedo, għamel fi Ciudad Barros, dan staqsa liċ-ċkejken OscarÓscar x'jixtieq isir la jikber dan wieġbu qassis. Iżda l-isqof b'subgħu l-kbir miss moħħ OscarÓscar u qallu "Int se ssir isqof". Ħafna żmien wara, Romero meta kien fil-fatt sar isqof kien jgħid filwaqt li jmiss moħħu "Hawn ara, għadni nħoss is-suba' kbir tiegħu."
 
== Fis-Seminarju ==