Dun Karm Psaila: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 7:
Fl-1885 daħal fis-Seminarju Minuri u tliet snin wara f’dak Maġġuri sabiex jibda t-triq tas-Saċerdozju. Dun Karm studja l-Filosofija fl-1888 u t-Teoloġija fl-1890 fl-Università ta' Malta. Dun Karm ġie ordnat qassis ta' 23 sena fl-[[1894]].
 
TatttTaht il-bixra serja tiegħu bis-suttana twila u sewda hemm bniedem li baqa’ tifel: ċajtier u ferrieħi. Fis-seminarju baqa' jilgħab il-ballun kif kien jagħmel meta kien għadu tifel. Fil-ħin tal-mistrieħ kien joqgħod idoqq il-mandolina u jieħu sehem f’reċti fuq il-palk. Il-karattru ferrieħi tiegħu kien jagħmlu ħabib ta’ kulħadd. Hekk ukoll baqa' wara li sar qassis.
 
Bejn l-1895 u l-1921 għallem bosta suġġetti fis-Seminarju, fosthom it-[[Lingwa Taljana|Taljan]], il-[[Lingwa Latina|Latin]], l-[[Lingwa Ingliża|Ingliż]], l-[[Aritmetika]], il-[[Ġeografija]], il-[[Kożmografija]], l-[[Storja tal-Knisja|Istorja tal-Knisja]] u l-[[Arkeoloġija Kristjana]]. Fl-1921 ġie nominat Kanonku Onorarju tal-Kapitlu tal-Katidral. Fl-istess sena inħatar Assistent Librar fil-[[Librerija Nazzjonali]] u sentejn wara direttur tal-Libreriji Ċirkolanti, pożizzjoni li żamm sa meta rtira fl-1936.