Ahron Daum: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 11:
Waqt il-ħames snin bħala Rabbi tal-komunità fi Frankfurt, ir-Rabbi Ahron Daum kien l-uniku Rabbi. Huwa għamel ix-xogħol kollu għall-komunità fi Frankfurt, li f’dak iż-żmien kienet tgħodd bejn 6000 u 7000 ruħ. Huwa għamel ix-xogħol waqt is-servizzi nhar ta’ Sibt (Shabbat) u waqt festi oħra, inkluż prietki fuq kwistjonijiet kontemporanji. Minbarra li għallem lezzjonijiet fuq it-Torah regolarment nhar ta’ Sibt ([[Shabbat]]) u fost il-ġimgħa lill-membri tal-komunità, hu kien iżur l-erba’ sinagogi eżistenti regolarment u żar ukoll liż-żewġt idjar tal-anzjani Lhud b’mod regolari għall-okkażjonijiet tal-Festi Importanti, iċ-[[Chanukkah]] (il-festa tad-dawl) u fl-Għid tal-Lhud. Hu ta sehmu wkoll f’funerali b’mod regolari u għamel viżti fiż-żmien tal-viżtu, minkejja l-istat tal-membru l-mejjet; jekk hux magħruf jew le, fqir jew sinjur. Hu kien imexxi wkoll il-liġi fuq l-ikel ([[il-Kashrut]]) tal-istituzzjonijiet tal-komunità, bħal ristoranti, il-ħwienet tal-laħam, l-ikel kosher tal-Lufthansa u ċelebrazzjonijiet f’okkażjonijiet, bħall-Bar-/Bat Mitzvahs u żwiġijiet f’lukandi kbar. Minbarra dan, kien importanti ħafna għal Rabbi Daum li jibda l-bidla fil-banjijiet li jintużaw mil-Lhud għar-ritwali (il-[[Mikvah]]) skont l-istandards għoljin tal-Liġi Lhudija (il-[[Halacha]]). Bl-għajnuna ta’ Rabbi [[Meir Posen]], li fl-Ewropa ta’ dak iż-żmien kien l-ogħla awtorità tal-Liġi Lhudija fuq il-bini ta’ dawn l-imsemmija banjijiet li l-Lhud jużaw għar-ritwali, huwa assigura li l-istandards għoljin tal-Liġi Lhudija u li l-liġi fuq l-ikel tal-Lhud (il-Kashrut) u fuq il-banjijiet li l-Lhud jużaw għar-ritwali (il-Mikvah) fi Frankfurt jiġu milħuqa. Hu ma mexxiex biss l-Ikliet tal-Għid tal-komunità ta’ kull sena, b’mijiet ta’ parteċipanti, hu organizza wkoll komunità tas-[[Sukkah]] għall-membri tal-komunità u żar ta’ spiss lill-membri tal-komunità u stedinhom fuq il-mejda tiegħu nħar ta’ Sibt (ix-Shabbat), mingħajr ma għamel l-ebda distinzjoni bejn membri mill-qalba jew mill-periferija tal-komunità. Flimkien ma’ missieru, Shmuel Daum, huwa organizza b’mod regolari it-talb [[Shabbat|Kabbalat Shabbat]] [[Minyan|Minyanim]] għaż-żgħażagħ fis-Sinagoga ta’ [[Baumweg]] u waqt iż-żmien li kien inkarigat kien ukoll l-[[Beth Din|Av Beth Din]] ta’ Frankfurt.B’hekk huwa kellu x’jaqsam b’mod attiv ma’ kwistjonijiet ta’ dawk li xtaqu jikkonvertu għar-reliġjon Lhudija ([[Giyur|Giyurim]]), kwistjonijiet li jikkonċernaw il-liġi tal-ikel tal-Lhud (il-[[Kashrut]]), mal-Liġi Lhudija (id-Dinei Torah) u ma’ divorzji reliġjużi (Gittin). Rigward dawk li riedu jikkonvertu għar-reliġjon Lhudija (il-[[Giyur|Giyurim]]), Rabbi Daum għandu esperjenza kemm mill-perspettiva ta’ mħallef Rabbinku reliġjuż ([[Beth Din]]), kif ukoll bħala għalliem u gwida. Hu għandu aktar minn 15-il sena esperjenza fil-preparazzjoni fil-Liġi Lhudija biex jiġu rikonoxxuti dawk li mhumiex oriġinarjament Lhud li jixtiequ jikkonvertu għar-reliġjon Lhudija.
 
Fl-1993, għal raġunijiet familjari, huwa rriżenja minn xogħlu ta’ Rabbi Ewlieni u mar jgħix f’[[Antwerp]], il-[[Belġju]], fejn il-biċċa l-kbira tal-familja tiegħu kienet tgħix diġà. Hemmhekk huwa beda jgħallem ir-reliġjon Lhudija fis-sistema tal-iskejjel tal-istat u fl-iskejjel Lhud ta’ matul il-jum. Fl-1995 huwa aċċetta l-pożizzjoni ta’ lekċerer tal-Liġi Lhudija fil-Fakultà tar-Reliġjon Komparattiva f’[[Wilrijk]] (Antwerp), fil-Belġju.<ref> [http://www.bestjewishstudies.com/Diplomas-and-certificates ''Vonck Ph.D., Prof. J.G. (1996)''] Is-sit elettroniku uffiċjali ta’ Rabbi Daum</ref> Bħala rikonoxximent tat-tagħlim tiegħu hemmhekk, u tax-xogħol tiegħu fuq il-Liġi Lhudija, il-Fakultà għamlitu Professur b’ Honoris Causa fil-Liġi Lhudija. Mill-2001, flimkien ma’ martu, hu beda wkoll numru ta’ proġetti biex jilħaq aktar nies għall-indiema (il-[[Baal Tshuva|Baalei Tshuva]]), għal persuni li mhumiex Lhud li huma interessati fl-Istudji Lhud u għal dawk li jixtiequ li jikkonvertu għar-Reliġjon Lhudija. Illum, dan jieħu l-maġġoranza tal-ħin u tax-xogħol tiegħu u bħala parti mill-attivitajiet biex jilħaq aktar nies, jorganizza regolarment, f’koperazzjoni maċ-Ċentru Shalom tal-Olanda, jiem ta’ studju fuq suġġetti varji li huma relatati mal-Istudji Lhud.
 
== Xogħol u Pubblikazzjonijiet ==
Il-Prof. Rabbi Ahron Daum huwa awtur prolifiku li kiteb fuq ħafna suġġetti relatati mal-Istudji Lhud. Waqt li kien jgħix fl-Iżvizzera, huwa kien jikkontribwixxi b’mod regolari artikli fuq il-Liġi Lhudija fir-rivista ta’ kull ġimgħa Lhudija Svizzera-Ġermaniża msejħa "Jüdische Rundschau".<ref> [http://www.bestjewishstudies.com/sites/all/P1/letters%20of%20accomodation%20and%20aprobation%20in%20Hebrew%20and%20Euroepan%20Languages%20for%20my%20Halachic%20work%27Halacha%20Actuell%27.pdf ''Bollag, Peter (1991)''] Is-sit elettroniku uffiċjali ta’ Rabbi Daum</ref> Waqt iż-żmien tiegħu bħala [[Rabbi]] Ewlieni ta’ [[Frankfurt am Main]], huwa regolarment kiteb artikli fid-"Die Jüdische Allgemeine" u fir-rivista ta’ kull xahrejn "Die Gemeinde". Ilu mill- 2010 jikteb artiklu ta’ kull xahar għar-rivista [[Joods Actueel]], l-aktar pubblikazzjoni Lhudija li timxi fil-Belġju. F’dawn l-artikli, huwa jikteb fuq kull aspett tal-Istudji Lhud, pereżempju, is-serje tiegħu li ntgħoġbot ferm fuq l-istorja tar-Reliġjon Lhudija mill-Illumiżmu. Huwa awtur ta’ żewġ kotba. L-ewwel ktieb tiegħu "Halacha aktuell"<ref> [http://www.bestjewishstudies.com/sites/all/P1/letters%20of%20accomodation%20and%20aprobation%20in%20Hebrew%20and%20Euroepan%20Languages%20for%20my%20Halachic%20work%27Halacha%20Actuell%27.pdf ''Jakobovits, Chief Rabbi (1991)''] Is-sit elettroniku uffiċjali ta’ Rabbi Daum</ref><ref> [http://www.bestjewishstudies.com/sites/all/P1/letters%20of%20accomodation%20and%20aprobation%20in%20Hebrew%20and%20Euroepan%20Languages%20for%20my%20Halachic%20work%27Halacha%20Actuell%27.pdf ''Diamant, Adolf (1992)''] Is-sit elettroniku uffiċjali ta’ Rabbi Daum</ref><ref> [http://www.bestjewishstudies.com/sites/all/P1/letters%20of%20accomodation%20and%20aprobation%20in%20Hebrew%20and%20Euroepan%20Languages%20for%20my%20Halachic%20work%27Halacha%20Actuell%27.pdf ''Ahren, Yizhak (1993)''] Is-sit elettroniku uffiċjali ta’ Rabbi Daum</ref><ref> [http://www.bestjewishstudies.com/sites/all/P1/letters%20of%20accomodation%20and%20aprobation%20in%20Hebrew%20and%20Euroepan%20Languages%20for%20my%20Halachic%20work%27Halacha%20Actuell%27.pdf ''Avraham Cahana Shapiro, Chief Rabbi of Israel (1991)''] Is-sit elettroniku uffiċjali ta’ Rabbi Daum</ref> huwa xogħol ta’ żewġ volumi, miktub bil-Ġermaniż, li jittratta problemi tal-Liġi Lhudija u kwistjonijiet ta’ interess kurrenti kif jidhru fil-letteratura tal-Liġi Lhudija u speċifikament ir-[[Responsa]]. Dan ix-xogħol huwa uniku għaliex huwa l-ewwel ktieb li nkiteb bil-Ġermaniż fil-perjodu ta’ wara l-gwerra li jittratta b’mod komprensiv fuq kwistjonijiet tal-Liġi Lhudija fil-letteratura Responsa. B’hekk dan ġie milqugħ b’ħafna entużjażmu fid-dinja tal-Liġi Lhudija u ngħata titli minn ħafna awtoritajiet distinti tal-Liġi Lhudija. Ċerti artikli minn dan il-ktieb ġew miktuba bl-Ebrajk Rabbiniku u ġew ippubblikati separatament taħt it-titlu "Iyunim b’Halacha". It-tieni ktieb tiegħu huwa "Die Jüdische Feiertage in Sicht der Tradition" (Il-Festi Lhud fit-Tradizzjoni). Din hi antoloġija ta’ żewġ volumi li tgħaqqad artikli fuq il-Liġi Lhudija, prietki, rimarki liturġiċi, ħsibijiet ta’ omeliji u stejjer folkloristiċi u umoristiċi li huma relatati ma’ festi Lhud u mal-jum tas-Sibt ([[Shabbat]]). Bħalissa huwa qiegħed jaħdem fuq numru ta’ kotba bl-Olandiż fuq diversi suġġetti bħall-[[Kabbalah]], l-Istorja Lhudija, id-Dinja Kontemporanja Lhudija u l-affiljazzjonijiet differenti tagħha u kwistjonijiet oħra.
 
== Referenzi ==