Ahron Daum: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 3:
== Il-Ħajja Personali u l-Edukazzjoni ==
Ahron Daum twieled nhar is-6 ta’ Jannar tal-1951 fi [[Bnei Brak]],f’[[Iżrael]]. Twieled f’familja reliġjuża [[Ashkenazi]]. Missieru, Schmuel Daum kien edukatur importanti, kittieb, u figura fil-komunità, ġej minn familja Rabbinika prominenti mill-Polonja u mill-Bohemia. Ommu Rivka Gina Daum ġejja minn familja ta’ negozjanti ta’ prospetti tajbin minn Sopron, l-Ungerija. Għandu tliet ħutu subien iżgħar minnu. It-taħriġ intensiv reliġjuż tiegħu beda fl-età ta’ 13-il sena fil-magħrufa Chassidic tal-Litwanja “Ruzhin” Yeshiva fi [[Bnei Brak]]. Fl-età ta’ 14–il sena, telaq lejn il-Gran Brittanja fejn kompla l-istudji tiegħu fil-Yeshiva Ha-Rama u aktar ’il quddiem mar lejn il-magħrufa Zionistic Yeshiva Etz Chaim f’[[Montreux]], l-[[Żvizzera|Iżvizzera]] . Fl-1975, wara li kiseb il-Grad ta’ Baccalaureate mill-Iżvizzera, hu mar jistudja fil-Kulleġġ tal-Lhud tal-Università ta’ Londra minn fejn kiseb Grad ta’ Bachelor fl-Istudji Lhud (bl-Unuri).<ref name="LevineFrank"> [http://www.bestjewishstudies.com/Diplomas-and-certificates ''Levine, Frank (1977)''] Is-sit elettroniku uffiċjali ta’ Rabbi Daum</ref> Mill-1978 hu attenda s-Seminarju Teoloġiku [[Rabbi Isaac Elchanan]](RIETS '82) tal-[http://yu.edu/ Università Yeshiva] fi [[New York]] minn fejn kiseb il-grad ta’ Master fl-Istudji Bibbliċi (bl-Unuri)<ref>[http://www.bestjewishstudies.com/Diplomas-and-certificates ''Charlop, Rabbi Zevulun (1982)''] Is-sit elettroniku uffiċjali ta’ Rabbi Daum</ref> u l-ordinazzjoni Rabbinika tiegħu ġiet iffirmata u mogħtija personalment lilu minn Prof. Rabbi [[Joseph Soloveitchik]]. Wara li m’aċċettax l-offerta biex ikompli jistudja biex jikseb it-titlu ta’ [[Dayan]], hu ġie lura lejn l-Ewropa fejn iżżewweġ lil Francine Frenkel u magħha għandu tlett ibniet. Hu jitkellem l-Ebrajk, l-Ingliż, il-Ġermaniż, il-Franċiż, l-Olandiż u l-Yiddish u għandu għarfien passiv tal-Aramajk u tal-Latin.
 
== Il-Karriera Rabbinika ==
Fl-1982 huwa beda l-karriera rabbinika tiegħu fl-Iżvizzera bħala Rabbi tal-komunità bil-belt żgħira ta’ [[Biel]], belt żgħira bilingwi fil-Franċiż u l-Ġermaniż.<ref> [http://www.bestjewishstudies.com/Diplomas-and-certificates ''Gefter, J. (1985)''] Is-sit elettroniku uffiċjali ta’ Rabbi Daum</ref> Hu ħalla dan ix-xogħol fl-1986 biex sar doctoral fellow fil-Christlich-Jüdische Institut f’[[Lucerne]], dan hu affiljat mal-Fakultà tat-Teoloġija tal-Università ta’ [[Lucerne]], fl-Iżvizzera. Fl-1987 hu aċċetta l-post ta’ [[Rabbi]] Ewlieni tal-komunità Lhudija ta’ [[Frankfurt am Main]],<ref> [http://www.bestjewishstudies.com/Diplomas-and-certificates ''Sjazak, S. (1993)''] Is-sit elettroniku uffiċjali ta’ Rabbi Daum</ref><ref> [http://www.bestjewishstudies.com/sites/all/P1/letters%20of%20accomodation%20and%20aprobation%20in%20Hebrew%20and%20Euroepan%20Languages%20for%20my%20Halachic%20work%27Halacha%20Actuell%27.pdf ''Schmidt, Martin (1992)''] Is-sit elettroniku uffiċjali ta’ Rabbi Daum</ref> fil-Ġermanja li f’dak iż-żmien din kienet l-akbar u l-aktar komunità Lhudija prestiġjuża fil-Ġermanja tal-Punent.Waqt iż-żmien tiegħu bħala [[Rabbi]] Ewlieni ta’ [[Frankfurt]] kien hemm mewġa kbira ta’ immigranti Lhud Russi, ġejjin minn eksUnjoni Sovjetika lejn il-Ġermanja u partikularment lejn Frankfurt. L-ewwel għajnuna għal dawn in-nies – li kellhom kundizzjoni ekonomika inċerta – kienet li dawn jiġu integrati fil-komunità Lhudija. Din kienet il-prijorità prinċipali ta’ Rabbi Daum, li jintegra lil dawn in-nies li kienu ilhom maqtugħa mill-għeruq Lhud tagħhom għal aktar minn 90 sena. Ħafna drabi din kienet ħaġa kumplessa ħafna, għax fl-Unjoni Sovjetika ftit li xejn sar sforz biex dawn isaħħu l-identità Lhudija tagħhom, b’hekk kienet diffiċli ħafna li wieħed jara fiċ-ċar l-istatus Lhudi ta’ dawn in-nies. Uħud minn dawn l-immigranti ma taw l-edba kas u wrew apatija kbira lejn il-ħajja Lhudija.
 
B’hekk, waħda mill-ewwel biċċiet xogħol bħala Rabbi tal-komunità fi Frankfurt am Main kien li jsolvi l-problema kbira li jikkjarifika l-istatus Lhudi ta’ dawn li ġew mill-eks Unjoni Sovjetika. Minbarra dan, Rabbi Daum kien ukoll dak li mexxa l-komunità fejn jidħlu attivitajiet reliġjużi u kulturali, mhux biss, imma speċjalment għall-membri l-ġodda tal-Komunità Lhudija ġejjin mill-EksUnjoni Sovjetika. Hu organizza jiem iddedikati lill-Kultura Lhudija, li fost l-oħrajn kien hemm il-mużika Lhudija [[Klezmer]] u kien hemm kelliema li jispeċjalizzaw fil-kuntatt reliġjuż, li addattaw għall-bżonnijiet tal-membri l-ġodda tal-komunità mill-Eks Unjoni Sovjetika. Hu organizza wkoll viżti f’siti ta’ patrimonju u f’postijiet ta’ vulur storiku kbir Lhudi, pereżempju bliet bħal [[Worms]], [[Mainz]], u [[Michelstadt]].
 
Waqt il-ħames snin bħala Rabbi tal-komunità fi Frankfurt, ir-Rabbi Ahron Daum kien l-uniku Rabbi. Huwa għamel ix-xogħol kollu għall-komunità fi Frankfurt, li f’dak iż-żmien kienet tgħodd bejn 6000 u 7000 ruħ. Huwa għamel ix-xogħol waqt is-servizzi nhar ta’ Sibt (Shabbat) u waqt festi oħra, inkluż prietki fuq kwistjonijiet kontemporanji. Minbarra li għallem lezzjonijiet fuq it-Torah regolarment nhar ta’ Sibt ([[Shabbat]]) u fost il-ġimgħa lill-membri tal-komunità, hu kien iżur l-erba’ sinagogi eżistenti regolarment u żar ukoll liż-żewġt idjar tal-anzjani Lhud b’mod regolari għall-okkażjonijiet tal-Festi Importanti, iċ-[[Chanukkah]] (il-festa tad-dawl) u fl-Għid tal-Lhud. Hu ta sehmu wkoll f’funerali b’mod regolari u għamel viżti fiż-żmien tal-viżtu, minkejja l-istat tal-membru l-mejjet; jekk hux magħruf jew le, fqir jew sinjur. Hu kien imexxi wkoll il-liġi fuq l-ikel ([[il-Kashrut]]) tal-istituzzjonijiet tal-komunità, bħal ristoranti, il-ħwienet tal-laħam, l-ikel kosher tal-Lufthansa u ċelebrazzjonijiet f’okkażjonijiet, bħall-Bar-/Bat Mitzvahs u żwiġijiet f’lukandi kbar. Minbarra dan, kien importanti ħafna għal Rabbi Daum li jibda l-bidla fil-banjijiet li jintużaw mil-Lhud għar-ritwali (il-[[Mikvah]]) skont l-istandards għoljin tal-Liġi Lhudija (il-[[Halacha]]). Bl-għajnuna ta’ Rabbi [[Meir Posen]], li fl-Ewropa ta’ dak iż-żmien kien l-ogħla awtorità tal-Liġi Lhudija fuq il-bini ta’ dawn l-imsemmija banjijiet li l-Lhud jużaw għar-ritwali, huwa assigura li l-istandards għoljin tal-Liġi Lhudija u li l-liġi fuq l-ikel tal-Lhud (il-Kashrut) u fuq il-banjijiet li l-Lhud jużaw għar-ritwali (il-Mikvah) fi Frankfurt jiġu milħuqa. Hu ma mexxiex biss l-Ikliet tal-Għid tal-komunità ta’ kull sena, b’mijiet ta’ parteċipanti, hu organizza wkoll komunità tas-[[Sukkah]] għall-membri tal-komunità u żar ta’ spiss lill-membri tal-komunità u stedinhom fuq il-mejda tiegħu nħar ta’ Sibt (ix-Shabbat), mingħajr ma għamel l-ebda distinzjoni bejn membri mill-qalba jew mill-periferija tal-komunità. Flimkien ma’ missieru, Shmuel Daum, huwa organizza b’mod regolari it-talb [[Shabbat|Kabbalat Shabbat]] [[Minyan|Minyanim]] għaż-żgħażagħ fis-Sinagoga ta’ [[Baumweg]] u waqt iż-żmien li kien inkarigat kien ukoll l-[[Beth Din|Av Beth Din]] ta’ Frankfurt.B’hekk huwa kellu x’jaqsam b’mod attiv ma’ kwistjonijiet ta’ dawk li xtaqu jikkonvertu għar-reliġjon Lhudija ([[Giyur|Giyurim]]), kwistjonijiet li jikkonċernaw il-liġi tal-ikel tal-Lhud (il-[[Kashrut]]), mal-Liġi Lhudija (id-Dinei Torah) u ma’ divorzji reliġjużi (Gittin). Rigward dawk li riedu jikkonvertu għar-reliġjon Lhudija (il-[[Giyur|Giyurim]]), Rabbi Daum għandu esperjenza kemm mill-perspettiva ta’ mħallef Rabbinku reliġjuż ([[Beth Din]]), kif ukoll bħala għalliem u gwida. Hu għandu aktar minn 15-il sena esperjenza fil-preparazzjoni fil-Liġi Lhudija biex jiġu rikonoxxuti dawk li mhumiex oriġinarjament Lhud li jixtiequ jikkonvertu għar-reliġjon Lhudija.
 
Fl-1993, għal raġunijiet familjari, huwa rriżenja minn xogħlu ta’ Rabbi Ewlieni u mar jgħix f’[[Antwerp]], il-[[Belġju]], fejn il-biċċa l-kbira tal-familja tiegħu kienet tgħix diġà. Hemmhekk huwa beda jgħallem ir-reliġjon Lhudija fis-sistema tal-iskejjel tal-istat u fl-iskejjel Lhud ta’ matul il-jum. Fl-1995 huwa aċċetta l-pożizzjoni ta’ lekċerer tal-Liġi Lhudija fil-Fakultà tar-Reliġjon Komparattiva f’[[Wilrijk]] (Antwerp), fil-Belġju.<ref> [http://www.bestjewishstudies.com/Diplomas-and-certificates ''Vonck Ph.D., Prof. J.G. (1996)''] Is-sit elettroniku uffiċjali ta’ Rabbi Daum</ref> Bħala rikonoxximent tat-tagħlim tiegħu hemmhekk, u tax-xogħol tiegħu fuq il-Liġi Lhudija, il-Fakultà għamlitu Professur b’ Honoris Causa fil-Liġi Lhudija. Mill-2001, flimkien ma’ martu, hu beda wkoll numru ta’ proġetti biex jilħaq aktar nies għall-indiema (il-[[Baal Tshuva|Baalei Tshuva]]), għal persuni li mhumiex Lhud li huma interessati fl-Istudji Lhud u għal dawk li jixtiequ li jikkonvertu għar-Reliġjon Lhudija. Illum, dan jieħu l-maġġoranza tal-ħin u tax-xogħol tiegħu u bħala parti mill-attivitajiet biex jilħaq aktar nies, jorganizza regolarment, f’koperazzjoni maċ-Ċentru Shalom tal-Olanda, jiem ta’ studju fuq suġġetti varji li huma relatati mal-Istudji Lhud.
 
== Referenzi ==