Ahron Daum: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: '''Ahron Daum''' (bil-Lhudi: אהרן דאום‎; twieled nhar is-6 ta’ Jannar tal-1951). Hu Rabbi Modern-Ortodoss imwieled f’Iżrael, hu wkoll edukatur, awtur, u kien ukoll R...
 
No edit summary
Linja 1:
'''Ahron Daum''' (bil-Lhudi: אהרן דאום‎; twieled nhar is-6 ta’ Jannar tal-1951). Hu Rabbi Modern-Ortodoss imwieled f’Iżrael, hu wkoll edukatur, awtur, u kien ukoll Rabbi ta’ [[Frankfurt am Main]], Illum jgħix f’[[Antwerp]] fil-[[Belġju]].
 
== Il-Ħajja Personali u l-Edukazzjoni ==
Ahron Daum twieled nhar is-6 ta’ Jannar tal-1951 fi Bnei Brak,f’Iżrael. Twieled f’familja reliġjuża Ashkenazi. Missieru, Schmuel Daum kien edukatur importanti, kittieb, u figura fil-komunità, ġej minn familja Rabbinika prominenti mill-Polonja u mill-Bohemia. Ommu Rivka Gina Daum ġejja minn familja ta’ negozjanti ta’ prospetti tajbin minn Sopron, l-Ungerija. Għandu tliet ħutu subien iżgħar minnu. It-taħriġ intensiv reliġjuż tiegħu beda fl-età ta’ 13-il sena fil-magħrufa Chassidic tal-Litwanja “Ruzhin” Yeshiva fi Bnei Brak. Fl-età ta’ 14–il sena, telaq lejn il-Gran Brittanja fejn kompla l-istudji tiegħu fil-Yeshiva Ha-Rama u aktar ’il quddiem mar lejn il-magħrufa Zionistic Yeshiva Etz Chaim f’Montreux, l-Iżvizzera . Fl-1975, wara li kiseb il-Grad ta’ Baccalaureate mill-Iżvizzera, hu mar jistudja fil-Kulleġġ tal-Lhud tal-Università ta’ Londra minn fejn kiseb Grad ta’ Bachelor fl-Istudji Lhud (bl-Unuri).<ref name="LevineFrank"> [http://www.bestjewishstudies.com/Diplomas-and-certificates ''Levine, Frank (1977)''] Is-sit elettroniku uffiċjali ta’ Rabbi Daum</ref> Mill-1978 hu attenda s-Seminarju Teoloġiku Rabbi Isaac Elchanan(RIETS '82) tal-Università Yeshiva fi New York minn fejn kiseb il-grad ta’ Master fl-Istudji Bibbliċi (bl-Unuri)<ref>[http://www.bestjewishstudies.com/Diplomas-and-certificates ''Charlop, Rabbi Zevulun (1982)''] Is-sit elettroniku uffiċjali ta’ Rabbi Daum</ref> u l-ordinazzjoni Rabbinika tiegħu ġiet iffirmata u mogħtija personalment lilu minn Prof. Rabbi Joseph Soloveitchik. Wara li m’aċċettax l-offerta biex ikompli jistudja biex jikseb it-titlu ta’ Dayan, hu ġie lura lejn l-Ewropa fejn iżżewweġ lil Francine Frenkel u magħha għandu tlett ibniet. Hu jitkellem l-Ebrajk, l-Ingliż, il-Ġermaniż, il-Franċiż, l-Olandiż u l-Yiddish u għandu għarfien passiv tal-Aramajk u tal-Latin.
 
== Referenzi ==
{{referenzi}}