Pietru Pawl Saydon: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Korrezzjonijiet ortografiċi, inkluż tibdil ta' ittri u aġġornament skont id-Deċiżjonijiet.
Linja 29:
 
== Ħidma b'risq l-Ilsien Malti ==
It-33 sena li għamel fil-kariga ta' Professur kienu snin ta' ħidma sfiqa u bla waqfien b'riżq it-tagħlim u r-riċerka. Ma' lMal-istudenti kien imur tajjeb. Professur zagħzugħżagħżugħ, xejn imkabbar, ma setax ma jisraqx il-qalb ta' ltal-istudenti zgħazagħżgħażagħ, li dlonk ingibduinġibdu lejh u ħabbewħħabbewh.
 
{{kwota|Ħabbejt it-tagħlim u ħabbejt l-istudenti. L-istudju għalija qatt ma kien tarġa biex nogħla aktar u anqas xogħol ta' qligħ ta' flus, imma l-missjoni ta' ħajti.}}
 
Il-ħbiberija sinċiera bejn Saydon u l-istudenti ma kinitx biss fil-klassijiet ta' ltal-Universita`Università. Kemm -il darba stedinhom biex iqattgħu ġurnata għandu f'idfid-dar ta' villegaturavilleġġatura li kellu f'Bengħajsa.
 
L-interess ta' Saydon fil-Malti beda meta ntlaqat mix-xebh bejn il-Malti u l-Lhudi. Kien konvint li:
 
{{kwota|mingħajr id-dawl tal-ilsna semin (semitiċi) qatt ma jista' jkun li naslu biex nagħrfu xi ħajja dwar il-Malti, fuq in-nisel tiegħu, fuq il-ħajja tiegħu, fuq il-bixra tiegħu li tagħżlu minn kull ilsien ieħor.}}
 
Fiż-żmien tad-diżappunt li kellu wara li wasal mill-istudji tiegħu f'Ruma ma ntgħażilx professur tal-Iskrittura fl-Università ta' Malta, sab żvog fil-kontribut kbir li ta lill-Għaqda tal-Malti (Università), li kienet għadha kif twaqqfet miż-żewġ tobba-poeti [[Rużar Briffa]] u [[Ġużè Bonnici]]. Meta Briffa rriżenja minħabba l-istudji tiegħu barra l-pajjiż, Saydon intgħażel President tal-Għaqda. Kien żmien il-Kwistjoni tal-Lingwa. Fl-1932, il-Gvern pprovaipprova jerġa' jdaħħal it-Taljan u ordna li l-Malti kellu jinkiteb u jkun mgħallem b'mod li seta' jkun ta' għajnuna għat-Taljan. Saydon, f'isem l-Għaqda tal-Malti (Universita`Università) bagħat ittra ta' protesta lill-ministru tal-edukazzjoni Nerik Mizzi. L-Għaqda ma tħallietx aktar tagħmel il-laqgħat tagħha fl-Universita`Università bl-iskuża li kienet motivata politikament iżda sena wara ingħatatngħatat raġun u fil-21 ta' Novembru 1933 reġgħet bdiet tiltaqa' fil-bini tal-Università.
 
=== Kitbiet oħra ===
Linja 49:
{{kwota|In-novelli tiegħu jixhdu stil narrattiv mill-aqwa, b'dik il-kelma magħzula u minġura bis-sengħa, u jħabbtuha ma' dawk ta' Temi Zammit, mibnijin kif inhuma fuq sfond karatteristiku rurali Malti.}}
 
Il-Prof Karm Sant jistqarr li "dak li għamel Dun Karm (Psaila) fil-qasam tal-poezijapoeżija, għamlu Saydon fil-qasam tal-proża".
 
Saydon kien devot kbir tal-qaddisa patruna taż-Żurrieq [[Santa Katerina]] u kiteb id-dramm reliġjuż fi tliet atti "Santa Katarina".
Linja 57:
==Saċerdot==
 
Il-ħidma pastorali ta' Saydon ma kinitx tagħti fil-għajn izda kienet ta' fejda għan-nies ta' Bengħisa, ħafna minnhom bdiewa. Kien iqaddsilhom fl-4.30 a.m., iqarar u spiss iżur il-morda fi djarhom. Saydon dejjem ħabb il-ħajja sempliċi u l-kumpanija ta' rjus kbar u mkabbrin b'għerfhom dejjem stmerrha. Laqgħat soċjali kien jaħrabhom, iżda l-hena tiegħu kienet meta kien isib ruhu mdawwar mill-istudenti tiegħu, jifraħ u jiċċajta magħhom, jew mat-tfal u l-membri tal-MUSEUM. Ta' sikwit kien imur jgħallem it-tfal tal-MUSEUM taż-Żurrieq u kemm il-darba għen lill-Museum finanzjarjament. Saydon kellu ammirazzjoni kbira għall-fundatur ta' din is-Soċjeta`Soċjetà. F'dan is-saċerdot twajjeb u qaddis, li kien l-uniku wiehed li għenu biex ibigħ it-traduzzjoni tiegħu tal-Bibbja, Saydon kien jara ċerta sempliċità, l-aktar fi kliemu.
 
{{kwota|Ma kienx iħabbat rasu bix-xejxi tal-kliem; l-aqwa li l-poplu jifhem, u għalhekk lanqas ma kien jintilef fil-għoli tal-għerf tat-teoloġija fejn il-poplu ma jistax jasal... Il-prietki ta' [[Dun Ġorġ Preca|Dun Ġorġ]] ma kinux priedki tal-kotba, imma priedki ħerġin mill-qalb, frott tal-persważjoni qawwija ta' dak li jkun qiegħed igħid...}}
Linja 67:
==Mewt==
 
Fl-1965 Saydon tah attakk ta' puplesija. Fl-aħħar snin ta' ħajtu kien darbtejn rikoverat fl-Isptar ta' Ħ'Attard. Il-Prof. Pietru Pawl Saydon miet fid-dar tiegħu ż-Żurrieq, raħal twelidu, nhar it-22 ta' Marzu 1971 fl-għomor ta' 75 sena. Huwa twieled, għex u miet fir-raħal taż-[[Żurrieq]].
 
Wara mewtu ġie mfakkar billi ssemmew skola sekondarja u triq għalih f'raħal twelidu. Inkixef ukoll monument f'ġieħu fl-okkażjoni taċ-ċentinarju mit-twelid tiegħu fit-12 ta' Novembru, 1995 quddiem l-iskola sekondarja taż-Żurrieq. Hemm monument ieħor tiegħu fil-Junior College tal-Imsida. Wieħed mit-teatri ewlenin tal-Università huwa ukollwkoll msemmi għalih.
 
==Ħoloq esterni==