Charles de Foucauld: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Removing Link FA template (handled by wikidata)
m →‎Tfulija: French spelling (Édouard)
 
Linja 4:
 
== Tfulija ==
Charles twieled fil-15 ta’ Settembru 1858, fi Strasburgu ([[Franza]]), minn Elisabeth u EdouardÉdouard. Ta’ 6 snin, hu u oħtu Marie, kienu diġà tilfu ’l ommhom u ’l missierhom, u rabbieh nannuh. Aktar ma t-tifel beda jikber, aktar beda jistaqsi kif Alla daħal f’ħajtu b’mod daqshekk krudil. Kien jistaqsi u jwaħħal f’Alla.
 
Ta’ 10 snin Charles mar jgħaddi l-vaganzi maz-zija Ines u hemm jiltaqa’ għall-ewwel darba mal-kuġina tiegħu Marie, ta’ 18-il sena. Kuġintu Marie kienet l-aktar persuna li fil-mument qiegħda tifhmu, u minnha ra ħafna eżempji tajba. Magħha kien imur għall-quddiesa kull filgħodu, mingħandha kiseb devozzjoni qawwija lejn il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, li aktar tard ikollha influenza deċiżiva f’ħajtu.
 
== Żgħożija ==
Ta’ 15-il sena Charles irċieva l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma, imma moħħu kien band’oħra. Kien ittieħed mill-entużjażmu patrijottiku li kien ħakem lil pajjiżu f’dik il-ħabta fil-ġlieda tagħhom kontra l-Ġermaniżi li ħakmuhom għal xi żmien.