Natura mejta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Removing Link FA template (handled by wikidata)
Linja 77:
Bill-qawmien tal-Akkademji Ewropej, l-iktar l-[[Académie française]] li kellha influwenza qawwija fuq l-arti akkademika, in-natura mejta bdiet tonqos fil-popolarità. L-akkademji kienu jgħallmu d-dotrina tal-"Ġerarkija tal-ġeneri" (jew il-"Ġerarkija tas-suġġett ittrattat"), li kienet tgħid li l-mertu artistiku ta' pittura kien imsejjes qabel kollox fuq is-suġġett tagħha. Fis-sistema akkademika, l-ogħla forma ta' pittura tikkonsisti f'xbihat ta' sinjifikat storiku, [[Bibbja|Bibbliku]] jew mitoloġiku u n-natura mejta kienet artistikament meqjusa fil-livell l-iżjed baxx. Minflokk li użaw in-natura mejta biex jigglorifikaw in-natura, xi artisti, bħal [[John Constable]] u [[Camille Corot]], għażlu l-veduta għal dan l-għan.
 
Meta n-Neo-Klassiċiżmu beda jmur lura fis-snin qabel l-1840, ir-rivoluzzjonijiet artistiċi tar-Realiżmu u Romantiċiżmu iffokaw fuq il-pittura tal-ġeneru u r-ritratti. Però, ħafna mill-aqwa artisti ta' dak il-perjodu kellhom natura mejta fost ix-xogħlijiet tagħhom. Il-pitturi tan-natura mejta ta' [[Francisco Goya]], [[Gustave Courbet]], u [[Eugène Delacroix]] jittrażmettu emozzjoni qawwija, u huma iżjed interessati fl-atmosfera milli fl-eżattezza <ref>Ebert-Schifferer, p. 287</ref>. Minkejja li mxew fuq il-mudelli tan-natura mejta iżjed bikrija ta' [[Jean-Baptiste-Siméon Chardin|Chardin]], il-pitturi tan-natura mejta ta' [[EdouardÉdouard Manet]] kellhom tonalità qawwija u jidher ċar li mexjin lejn l-Impressjoniżmu. [[Henri Fantin-Latour]], li uża teknika iżjed tradizzjonali, kien famuż għall-pitturi skwiżiti tiegħu tal-fjuri u qala x'jgħix mill-ordnijiet għall-pittura tan-natura mejta<ref>Ebert-Schifferer, p. 299</ref>.
 
[[Stampa:Vincent Willem van Gogh 127.jpg|thumb|200px|rightt|Vincent van Gogh, ''Ward tax-Xemx'' (1888)]]