Helder Camara: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Bot: Migrating 24 interwiki links, now provided by Wikidata on d:Q378326
m →‎Il-Knisja tal-Fqar: French spelling (Église)
Linja 26:
== Il-Knisja tal-Fqar ==
 
Moviment ieħor li antiċipa t-tħassib tiegħu fl-aħħar fażi ta’ ħajtu, kien magħruf bħala ''il-Knisja tal-Fqar''. Dan kien grupp li ġabar qaqoċċa waħda lill-isqfijiet tat-Tielet Dinja, lis-saċerdoti mill-Mission de France u lill-Aħwa ż-Żgħar ta’ Charles de Foucauld. L-interess ta’ dan il-grupp kien li l-Knisja kellha tindirizza lilha nnifisha għall-abbiss li kien jifred id-dinja għanja minn dik fqira. Il-Knisja kellha tissimbolizza l-impenn tagħha favur il-fqar bil-ħajja awstera tagħha. Għal dan il-għan inkiteb manifest mit-teologu Dumnikan Yves Congar bit-titlu Pour une EgliseÉglise Servante et Pauvre.
Sadanittant fil-Brażil, ir-retorika populista tal-President João Goulart ħejjiet il-qiegħa għall-kolp ta’ stat militari, li neħħieh mis-setgħa nhar il-31 ta’ Marzu tal-1964. L-għada, Helder Câmara wasal f’Recife bħala arċisqof. Irritorna lejn daru bħala bniedem iktar mħejji, lest biex jgħaqqad dan ir-reġjun abbandunat ma’ dinja iktar wiesa’. Bħalma qal fl-ewwel messaġġ tiegħu lid-djoċesi: ''Jiena ġej mill-grigal u qiegħed inkellem lill-persuni li bħali, ġejjin minn din in-naħa. Jiena ħlejqa umana li jikkunsidra lilu nnifsu ħukom fid-dgħjufija u fid-dnub tan-nies kollha ta’ kull razza u rokna tad-dinja. Nisrani li qiegħed ikellem lill-Insara, imma b’qalbi miftuħa, ekumenikament, għan-nies, għat-twemmin u għall-ideoloġiji kollha. Isqof tal-Knisja Kattolika li, fuq l-eżempju ta’ Kristu, ma ġiex biex ikun moqdi imma biex jaqdi''.
Linja 33:
Câmara kien wieħed mill-ftit isqfijiet li kien kritiku sa mill-bidu rigward il-kolp militari fil-Brażil tal-1964. Minħabba f’hekk, huwa tilef id-drittijiet ċivili tiegħu għal disa’ snin, tant li kull referenza għalih kienet illegali. Biex tkompli tagħqad, wieħed mis-saċerdoti żgħażagħ li kien qiegħed jagħtih daqqa t’id sewwa, Henrique Pereira, safa brutalment maqtul mill-aġenti tad-dittatura. Milli jidher, dawk li kienu mibgħuta biex joqtlu lill-arċisqof, imlibbsin ta’ tallaba u sewwieqa tat-taxi, ma kellhomx l-istonku li jwettqu dak li ġew imqabbda biex jagħmlu. Għalhekk, stqarrewlu l-ħtija tagħhom u talbuh maħfra.
 
== Figura Internazzjonali ==