Dun Ġorġ Preca: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m →‎Kanonizzazzjoni: Italian spelling (Societa ->Società)
Linja 43:
 
== Saċerdot ==
Dun Ġorġ ġie ordnat saċerdot flimkien ma' 13-il saċerdot ieħor fit-22 ta' Diċembru 1906 mill-Isqof Pietru Pace. Meta l-Isqof ġie biex jidlek idejn Ġorġ Preca "iż-żejt spiċċalu u kellu jinġieb il-ġdid." Iċċelebra l-ewwel quddiesa solenni fil-Parroċċa ta' San Gejtanu, l-Ħamrun, nhar il-Milied. Għal xi ġimgħat wara l-ordinazzjoni saċerdotali kien joħrog biss mid-dar biex iqaddes. Kien jibqa' miġbur fil-kamra ta' fuq il-bejt jitlob u jimmedita. heeeeeeee
=== Ħajja fqira ===
Minkejja li kien ġej minn familja tat-tajjeb, Dun Ġorġ kien jgħix f'faqar kbir. Minn kulma jiddobba kien iżomm biss dak li hu meħtieġ biex jgħix, il-bqija jqassam kollox. (Wara li waqqaf il-MUSEUM kien jgħin ħafna lill-Mużewijiet tal-bniet, li xi wħud minnhom ma kienx ikollhom biex iħallsu l-kera.) Il-kamra li fiha Dun Ġorġ għadda l-biċċa l-kbira ta' ħajtu, kienet kamra żgħira ħafna. Kien fiha sodda b'saqqu kollu ħotob, mejda naqra kbira bil-kotba fuqha, għax lanqas librerija tiegħu ma kellu. Kellha tieqa waħda li quddiemha kien hemm ħajt iswed u għoli. L-art tal-kamra kienet ħarxa u t-tibjid qadim. Lanqas elettriku ma kellu fid-dar u li kieku s-Soċjetà ma bagħtitx soċju biex jagħmillu d-dawl kieku lanqas qatt ma kien iħabbel rasu biex ikollu l-elettriku.