Robin Williams: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
m Modifiki annullati ta' 24.251.27.201 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' 24.251.27.205
Linja 7:
 
==Tfulija==
Ommu kienet LauraLaurie McLaurin, mudella mill-Mississippi, li bużnannuha kien is-senatur u gvernatur Anselm J. McLaurin. Missieru, Robert Fitzgerald Williams, li miet fl-1987, kien senior executive mal-Ford Motor Company. Trabba fil-Knisja Episkopali. Kellu żewġ ħutu: Robert Todd Williams (1938–2007) u McLaurin Smith.
 
Sa minn età żgħira huwa kien ċajtier ħafna. Kien jeċċella fl-iskola u għażluh bħala president tal-klassi. Kien fit-tims tal-futbol u tar-wrestling tal-iskola. Fil-middle school, Williams soffra bullying u kien ibiddel it-triq lejn id-dar biex jevita lil min kien jaqbad miegħu. Biex ommu tagħti kasu kien jirrakkuntalha ċ-ċajt. Williams kien iqatta' ħafna mill-ħin waħdu fid-dar kbira li kellhom, jilgħab bl-elfejn suldat tal-logħob li kellu. "L-uniċi ħbieb li kelli meta kont tifel kienet l-immaġinazzjoni tiegħi," jgħid Williams.