Lawrence Gonzi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Modifiki annullati ta' 77.71.155.28 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' Leli Forte
Linja 25:
 
== Qabel il-Politika ==
 
Bin Luigi u Ineż, Lawrence Gonzi huwa ukoll in-neputi tal-Arċisqof [[Mikiel Gonzi]] u huwa miżżewweġ lil Catherine magħrufa bħala Kate, u għandhom tliet ulied: David, Mikela u Paul.
 
Gonzi qatta' ħafna mit-tfulija tiegħu fl-Azzjoni Kattolika. Huwa kien student fis-[[Is-Seminarju tal-Arċisqof|Seminarju tal-Arċisqof]], ir-[[Rabat (Malta)|Rabat]]. Minkejja li zijuh, l-Arċisqof Gonzi, ħeġġu biex isir saċerdot, Lawrence Gonzi għażel li jkompli l-istudji tiegħu, billi jidħol għall-kors tal-Liġi fl-[[Università ta' Malta]], fejn eventwalment laħaq [[avukat]] fl-1975. Waqt il-kors Gonzi beda jinteressa ruħu fil-[[politika]]. Huwa beda jipprattika l-professjoni tiegħu f'kumpanija privata, u ftit wara ħadem ta' avukat għal Mizzi Organisation, fejn serva ta' [[Ċermen]] tal-grupp mill-1987 sal-1997.
 
Ftit wara il-gradwazzjoni tiegħu Gonzi beda jieħu sehem fis-settur volontarju, partikularment fis-settur relatat mad-[[diżabilità]] u l-[[mard mentali]]. Huwa kien ukoll President tal-"Moviment Azzjoni Kattolika ta' Malta" bejn l-1976 u l-1986.
 
==Politika==
 
Lawrence Gonzi ikkontesta għall-ewwel darba l-elezzjonijiet ġenerali fl-[[1987]] bla suċċess mal-Partit Nazzjonalista. Intgħażel ''Speaker'' tal-[[Kamra tad-Deputati]] fl-[[1988]] u wkoll fl-[[1992]]. Gonzi ikkontesta b'suċċess l-elezzjonijiet tal-[[1996]]. Bħala membru parlamentari fl-oppożizzjoni, serva bħala ''Shadow Minister'' għas-[[Sigurtà Soċjali]]. Matul iż-żmien hu serva bħala Segretarju Parlamentari għall-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, ''Whip'' tal-Partit Nazzjonalista, u Segretarju Ġenerali tal-Partit.
 
Fl-[[elezzjoni|elezzjonijiet]] tal-[[1998]] u l-[[2003]] reġa' ġie elett bħala [[membru parlamentari]] u serva bħala Ministru tas-Sigurtà Soċjali u wara li fl-1999 [[Guido de Marco]] laħaq [[President ta' Malta|President tar-Repubblika]], Gonzi ikkontesta b'suċċess il-kariga ta' Viċi-Kap tal-partit. Ftit wara inħatar Viċi-Prim Ministru ta' Malta u ''Leader of the House'' tal-[[Kamra tad-Deputati]].
 
=== Priministru 2004-2013 ===
 
Wara r-riżenja tal-eks-Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista [[Eddie Fenech Adami]], Gonzi rebaħ l-elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista f'elezzjoni li saret fi [[Frar]] [[2004]]. Hu laħaq Prim Ministru f'[[Marzu]] tal-istess sena.
 
Mill-2004 huwa żamm il-Ministeru tal-Finanzi f'idejh. Bħala Ministru tal-Finanzi huwa rnexxielu jġib lil Malta fil-pożizzjoni biex tikkwalifika għall-[[kriterji ta' Maastricht]] sabiex tidħol fiż-[[Żona Ewro]] u tadotta l-munita ewlenija Ewropea, l-[[ewro]].
 
Gonzi kellu jiffaċċja l-ewwel elezzjoni bħala Kap tal-Partit u Prim Ministru ta' Malta fl-2008. Waqt il-kampanja elettorali Gonzi ta importanza kbira lill-ambjent fejn jara l-ambjent l-akbar sfida li Malta għandha tiffaċja. Fit-[[8 ta' Marzu]] [[2008]], il-Partit Nazzjonalista rebaħ l-elezzjoni ġenerali b'distakk minimu ta' kważi 1,500 vot fuq il-[[Malta Labour Party|Partit Laburista]] immexxi minn [[Alfred Sant]], li wara din it-tielet telfa konsekuttiva, irriżenzja minn kap tal-partit. Jumejn wara din ir-rebħa Gonzi ġie konfermat mill-ġdid bħala Prim Ministru. Kif kien stqarr qabel l-elezzjoni, Gonzi ma baqax fil-kariga ta' Ministru tal-Finanzi. Fil-fatt huwa żamm l-[[MEPA|Awtorità tal-Ippjanar]] u s-settur tat-[[turiżmu]] taħt l-uffiċċju tiegħu direttament.
 
=== Kap tal-Oppożizzjoni ===
 
Nhar l-10 ta' Marzu filgħodu tħabbar li l-[[Partit Laburista (Malta)|Partit Laburista]] għamel waħda mill-akbar rebħiet elettorali fl-istorja politika ta' Malta, meta rebaħ l-[[Elezzjonijiet Ġenerali 2013]] b'maġġoranza ta' 55% jew 35,000 vot. Gonzi mill-ewwel ikkonċeda t-telfa u feraħ lill-Priministru l-ġdid [[Joseph Muscat]]. Huwa ħabbar li kien se jirriżenja minn Kap tal-Partit u kien se jibqa' fil-kariga sakemm il-Partit jagħżel Kap ġdid, kif fil-fatt għamel fit-8 ta' Mejju 2013. Fis-17 ta' Lulju 2013 irriżenja ukoll is-siġġu tiegħu ta' Deputat tal-Kamra u rtira mill-ħajja politika.
 
==Ħoloq esterni==
{{commons|Category:Lawrence Gonzi}}
*[http://www.lawrencegonzi.info/ Sit uffiċjali]
*[http://lawrencegonzi.blogspot.com/ Blogg uffiċjali]
*[http://www.pn.org.mt/ Sit uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista]
 
{{kaxxa tal-bidu}}
{{kaxxa ta' suċċessjoni |qabel=[[Eddie Fenech Adami]] |titlu=[[Prim Ministru ta' Malta]] |snin=2004–2013 |wara=[[Joseph Muscat]]}}
{{kaxxa ta' suċċessjoni |qabel=[[Jimmy Farrugia]] |titlu=[[Speaker tal-Parlament]] |snin=1988–1996 |wara=[[Miriam Spiteri Debono]]}}
{{kaxxa ta' suċċessjoni |qabel=[[Eddie Fenech Adami]] |titlu=[[Partit Nazzjonalista (Malta)|Kap tal-Partit Nazzjonalista]] |snin=2004–2013 |wara=[[Simon Busuttil]]}}
{{kaxxa ta' suċċessjoni |qabel=[[Guido de Marco]] |titlu=[[Partit Nazzjonalista (Malta)|Deputat Mexxej tal-Partit Nazzjonalista]] |snin=1999–2004 |wara=[[Tonio Borg]]}}
{{kaxxa ta' suċċessjoni |qabel=[[Austin Gatt]] |titlu=[[Partit Nazzjonalista (Malta)|Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista]] |snin=1998–1999 |wara=[[Joe Saliba]]}}
{{kaxxa tat-tmiem}}
 
{{Prim Ministri ta' Malta}}
 
{{DEFAULTSORT:Gonzi,Lawrence}}