Rużar Briffa: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Modifiki annullati ta' 195.158.64.35 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' Leli Forte
Linja 1:
[[Image:Ritratt.jpg|thumb|Rużar Briffa]]
[[Category:Poeti Maltin]]
 
'''Rużar Briffa''' (1906 - 1963) kien [[poeta]] u [[dermatologu]] [[Malta|Malti]] daqskemm figura ewlenija fil-letteratura Maltija.
 
Studja fl-iskola elementari tal-Gvern f’Sant’ Iermu u l-Liċeo tal-Belt u wara li għadda mill-eżamijiet tal-Matrikola, fl-1923 beda jgħallem fl-iskejjel elementari. Kellu jkun l-ewwel għalliem bil-matrikola fid-Dipartiment.
== Tabib u Dermatologu ==
Ftit xhur wara, fl-1924, beda l-istudju tiegħu fil-mediċina, fl-Università ta’ Malta u ssoktah f’Londra fil-Venereoloġija u d-Dermatoloġija. Fl-1932 sar speċjalista tal-mard tal-ġilda. Baqa’ magħruf għall-umiltà u l-qalb kbira li wera mal-morda, speċjalment mal-lebbrużi. Skont martu Louisette, ix-xewqa tiegħu fil-professjoni medika kienet li jkabbar il-ġmiel fil-ġilda u jnaqqas il-kruha tagħha, u dan l-aspett jixref sikwit fil-versi tiegħu, tant li fi żmienu kien magħruf bħala l-Poeta tas-Sbuħija.
 
Lura f’Malta, Briffa nħatar tabib anzjan fis-sezzjoni tal-mard tal-ġilda fl-Isptar Ċentrali. Kien ukoll speċjalista tal-marda tal-lebbra fl-Isptar San Bartilmew fl-Imgieret u fl-Isptar Chambray ta’ Għawdex. Matul il-pesta li kellna f’Malta fis-snin 1936-37, Ruzar kien jaħdem fl-Isptar ta’ Lazzarett f’Manoel Island. Fl-1938 kien mar fil-Lvant Imbiegħed fejn ħadem u studja fi sptarijiet f’Kalkutta, Gobra, Bankura u Madras.
 
Matul il-gwerra, meta kien mar joqgħod San Giljan, Rużar kien speċjalista onorarju tad-dermatoloġija fil-Malta War Memorial Hospital for Children. Tul l-istess żmien kien ukoll Supretendent fl-Isptar Blue Sisters. Bejn is-snin 1951 u 1963, Rużar kien jgħallem id-dermatoloġija u l-veneoroloġija fl-Università ta’ Malta.
 
==L-Għaqda tal-Malti==
Flimkien ma’ sieħbu [[Ġużè Bonnici]], fl-1931 waqqaf l-[[Għaqda tal-Malti - Università]], li għadha attiva sal-lum, u beda joħroġ ir-rivista ''Leħen il-Malti''.
==Poeta==
 
:"''Qatt ma kelli l-ħsieb li nistampa dawn il-poeżiji fi ktieb. Uħud minnhom ktibthom fi żmien ta’ dwejjaq kbar, oħrajn ta’ ferħ. U ktibthom għalija….''"
 
Dan kien kliem il-poeta nnifsu li deher fl-ewwel ġabra ta’ poeżiji li ppubblika bl-isem ''Poeżiji'' fl-1971 grazzi għall-insistenza tat-tieni mara tiegħu Louisette u ta’ ħabibu P. Valentin Barbara. Il-biċċa l-kbira tal-poeżiji tiegħu kitibhom fuq folji maqtugħa ta’ xi ktejjeb tal-but jew fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ pakketti vojta tas-sigaretti. Oħrajn kitibhom fuq karti tar-riċetti mediċi, fuq boroż, insomma, fuq kulma kien jiġi għal idejh f’waqt ta’ muża.
 
Rużar Briffa baqa’ magħruf bħala l-poeta taċ-ċokon u tas-sempliċità. Għalkemm kiteb ftit, Briffa kien apprezzat fit-tul minn diversi kritiċi letterarji. Bosta kitbu fuqu. Dawn huma xi kummenti li hu nnifsu għadda fuq il-poeżija bħala interpretazzjoni individwali u bħala espressjoni artistika, universali:
 
:"''Il-poeżiji tiegħi la huma ġrajjiet kbar, la ħsibijiet profondi fuq il-Ħajja u lanqas xewqat għolja ta’ Dinja oħra. Huma biss impressjonijiet, biex ngħid hekk ‘snapshots’ tal-ħajja ta’ kuljum kif tħosshom qalbi. Anki s-‘snapshot’ għandu l-qawwa tiegħu għax ħafna drabi fiċ-ċokon tiegħu jiġbor irqaqat li f’ritratt kbir kienu jitilfu mir-reqqa tagħhom ... jiena wkoll inħoss li l-poeżiji tiegħi għandhom il-qawwa tas-sempliċità.''"
 
:"''Ma ktibtx għall-fama. Il-Poeżija għalija xejn ma hi ħaġa ta’ gost imma aktarx ta’ tbatija kbira.''"
 
:"''Jolqotni ħsieb u jdum iberren f’moħħi għal xhur sħaħ – xi drabi għal snin. Imbagħad f’daqqa jtini ferħ ta’ ġenn. Inkun fejn inkun ikolli nieħu lapis u karta u f’temp ta’ minuta toħroġ weħidha l-poeżija. Ebda poeżija ma ħaditli iżjed minn ħames minuti biex niktibha.''"
 
:"''l-poeżija m’għandhiex tfittex ħlief li tilħaq il-qalb tal-qalb tal-bniedem, u jekk anki jirnexxilha tagħmel dan darba biss, allura l-poeżija tkun laħqet l-aqwa tagħha.''"
 
== Poeżiji tiegħu ==
=== Jum ir-Rebħ ===
:U l-Kotra qamet f’daqqa – u għajtet: “Jien Maltija!
:Miskin min ikasbarni, - miskin min jidħak bija!”
 
:U l-Kotra għanniet f’daqqa – u semmgħet ma’ l-irjieħ
:L-Innu ta’ Malta tagħna, – u l-leħen kien rebbieħ,
 
:Fuq ngħas l-imgħoddi ġwejjef, – in-ngħas ta’ l-Apatija
:Xħin ruħna kienet rieqda – ġo sodda barranija;
 
:U l-ombra ta’ [[Mikiel Anton Vassalli|Vassalli]] – qamet minn qiegħ il-qabar,
:U għajtet: “Issa fl-aħħar – jiena se nsib is-sabar.”
 
 
Dawn il-versi jalludu għall-protesta li kienet saret fl-Empire Stadium mis-sapporters Maltin fit-2 ta’ Marzu, 1945 qabel ma bdiet il-logħba ta’ ħbiberija bejn Malta u t-tim Jugoslav, ''Hadjuk ta' Split'' (''Hrvatski nogometni klub Hajduk Split''), li dik il-ħabta kien magħruf mad-dinja kollha. L-King’s Own Band daqqew kemm l-innu nazzjonali Jugoslav u kemm il-God Save the King, mingħajr ma daqqew l-[[Innu Malti]]. Il-folla maqrusa fil-laħam il-ħaj qamet bil-wieqfa u bdiet tkanta spontanjament il-versi ta’ [[Dun Karm Psaila|Dun Karm]] fuq mużika ta’ Dr [[Robert Sammut]]. Dan il-waqt emozzjonanti ferm li kien baqa’ fuq fomm kulħadd għal ġimgħat sħaħ, tpenġa permezz tal-kelma minn Rużar Briffa fil-poeżija t’hawn fuq. F`din il-poezija jidher is-sens qawwi ta` patrijotizmu tal-Maltin li qamu mill-apatija li kien fiha taht hakmiet barannin.
 
=== Lil Ommi ===
 
:Bennini ħa norqod,
:Benninni bil-ħlewwa,
:Kull diqa nessini,
:Nessini kull dnewwa;
 
 
:benninni bil-lajma
:ta’ leħnek jirtogħod,
:benninni, benninni,
:hekk, hekka, bil-mod.
 
 
:Aħbili li hemm barra
:Qed jokrob ir-riħ,
:bħal ruħ qiegħda tfittex,
:għalxejn il-mistrieħ.
 
 
:Benninni, benninni,
:nessini kull dieqa,
:benninni, bħal meta
:kont ċkejken fin-nieqa,
 
 
:u l-għanja tennili
:– il-għanja ta’ dari –
:tat-tfajjel imqareb
:mitluf ġewwa x-xagħri:
 
 
:“Iżd’ommu wisq talbet
:lit-twajjeb Bambin,
:u Dan it-triq sablu,
:għaliex hu ħanin.”
 
 
:Jien ġrali bħat-tfajjel,
:tbegħidt wisq mid-dar,
:u kollox sibt hieni,
:sakemm il-lejl sar,
 
 
:u nfirxet ir-reżħa
:u d-dlam fuq ix-xagħri,
:u sfajt għajjien mejjet,
:imriegħex minn dwari.
 
 
:Fejn taf, għażiż’ommi,
:kemm ra l-iben tiegħek
:minn xħin telaq daru
:u nfired minn miegħek!
 
 
:Benninni, benninni,
:fissidni bħal dari …
:hekk … hekk … iva, daħhal
:subgħajk ġewwa xagħri;
 
 
:W għannili, bil-ħlewwa,
:il-għanja tas-sewwa.
 
 
Hawn jinħass il-poeta introvers li bil-lirika tiegħu fassal il-pedament tal-poeżija moderna Maltija
 
=== L-Għanja tal-Imnikket ===
 
O Madonna tad-Duluri,
 
Mhux il-ward
 
Jiena fittixt ħa nsebbaħ darek
 
U nfewwaħlek lil altarek,
 
Imma x-xewk minn qalb ix-xagħri
 
U għollieq, marrâd, musfari,
 
O Madonna tad-Duluri,
 
Dana biss!
 
 
 
O Madonna tad-Duluri,
 
l-oħrajn ġew
 
U bid-deheb għammru lil darek,
 
U bil-ħaġar sawru altarek –
 
Jiena biss kont il-barrani
 
Mingħajr ward u deheb il-għani,
 
Jiena biss!
 
 
 
O Madonna tad-Duluri,
 
Ma stmerrejtx
 
Int l-imnikket ġewwa darek,
 
‘Ma tbissimt minn fuq altarek,
 
Kollok ħlewwa, kollok ħniena,
 
Serraħt Int lill-qalb għajjiena.
 
Inti biss!
 
=== Nofsinhar Sajfi ===
 
Barra bis-sħana qiegħda mgħaxxa l-ħajja
 
Taħt xemx li tikwi - l-eħrex xemx sajfija -
 
U kollox ħiemed, bħallikieku l-ġrajja
 
Waqfu tal-jum, imbikkma minn did-dija.
 
 
Fuq għolja bżar, żunżan bil-qtajja’qtajja’
 
Irewwaħ ġewnħu; joħroġ mill-ħamrija
 
ħanfus sewdieni, bl-akbar skiet jissajja
 
ħa jsib il-qmuħ imxerrda fil-mogħdija.
 
 
 
Ħiemed il-mewġ jitniegħes ġewwa l-qala;
 
il bogħod ‘il bogħod jitriegħex qlugħ bajdani
 
bil-mod il-mod, u donnu le jaf l-għala.
 
 
Hekk bla taf l-għala tħoss il-qalb tixxabba’
 
Minn kulm’hu dwarha, tikbi lill-warrani,
 
U mdejqa tnin, bix-xewqa tal-imħabba.
 
=== Quo Vadis? ===
 
Weħidha
 
fuq l-għolja ġeblija,
 
imbiegħda mill-bqija ta’ ħutha
 
fil-qalb ħadranija
 
tal-wied
 
ix-xwejħa ħarruba
 
magħtuba
 
mit-toqol tas-snin
 
qed tħares madwarha
 
ħa tara
 
il-għaġla tan-nies għaddejjin
 
 
...U taħseb:
 
kemm huma mgħaġġlin,
 
fejn huma sejrin
 
għal dejjem bla sabar
 
min-nieqa sal-qabar
 
dal-ħalja bnedmin?
 
Fejn huma l-għeruq?
 
Qatt lilhom ma trażżan il-bewsa tar-riħ?
 
Qatt lilhom ma tlajjem is-sħana tax-xemx?
 
Għaliex ftit mistrieħ
 
għalihom ma hemmx,
 
u l-lehma biss tagħhom
 
il-ħajja tas-suq?
 
=== Waħdi ===
 
Waħdi tlajt
 
l-għoljiet xemxija
 
taż-żgħorija;
 
ħadd ma qalli
 
x’għandi nsib …
 
bogħod … jew qrib …
 
Waħdi sibtha l-lehma tiegħi
 
dak in-nhar li tgħannqet miegħi
 
is-Sbuħija!
 
Lejl u nhar,
 
Ġunju Frar
 
kollox xorta mingħalija,
 
basta l-ħajja dejjem ħajja.
 
Hekk għaddew
 
leħħu ntfew
 
l-isbaħ snin,
 
minn ġuf dinja qerredija
 
misruqin.
 
‘Mma fil-ħarba ta’ snin twal
 
tbiddlu d-dwal
 
kollox jagħti fis-sewdieni
 
aktarx tinsa l-lewn ewlieni
 
'Mma s-Sbuħija għadha miegħi
 
taqsam ferħ u dwejjaq tiegħi
 
Għadni dejjem, dejjem jien,
 
anke jekk kiebi u għajjien:
 
il-poeta taż-Żgħorija
 
il-poeta tas-Sbuħija.
 
=== Minn kull ma ħlomt f'żgħożiti ===
 
Minn kull ma ħlomt f'żgħożiti,
 
Infittex kollox baħħ.
 
Il-qalb xiħa w għajjiena
 
Ma tafx tgħid ħlief "aħħ".
 
Li ħlomt kien kollu ħolma,
 
Li għext kien ħajja biss.
 
Aħ kieku t-tnejn ingħaqdu,
 
Il-qamar kont immiss.
 
Issa qasira l-ħajja,
 
U l-ħolm duħħan itir........
 
=== Il-Ballatella tal-Funtana ===
''Din kienet l-aħħar poeżija li kiteb.''
 
 
U qniepen, qniepen, qniepen,
 
Qniepen viċin, ’il bogħod,
 
Leħinkom f’dell l-għaxija
 
Minn fomm il-għajn jirtogħod.
 
Funtana misterjuża
 
Ta’ ħolm u ta’ xewqat.
 
għanjiet ta’ żmien warrani
 
Fit-tempju ilhom mitfija;
 
Imma llum minn ġol-Funtana
 
Mill-ġdid il-liturġija.
 
Funtana misterjuża
 
Ta’ ħolm u ta’ xewqat.
 
Bakkan fiċ-ċimiterji,
 
Fis-sħarijiet tal-qamar,
 
U żfin minn dlam l-alkovi;
 
Titniegħed l-għajn bla sabar.
 
Funtana misterjuża
 
Ta’ ħolm u ta’ xewqat.
 
==Mewt==
Rużar Briffa miet nhar it-22 ta’ Frar, 1963. Il-bijografija sħiħa tiegħu dehret fl-1984 f'xogħol tal-Professur [[Oliver Friggieri]].
 
== Ħoloq Esterni ==
 
* [http://www.akkademjatalmalti.com/page.asp?p=9056&l=1 L-Akkademja tal-Malti: Bijografiji]
* [http://www.youtube.com/watch?v=dbrObJUu7ss Dokumentarju qasir fuq Rużar Briffa fis-Sensiela Tikka]
* [http://www.timesofmalta.com/articles/view/20090118/university/ruzar-briffa-poetry-now-on-cd-rom.241275 Il-Poeżiji ta' Briffa fuq CD-Rom]
 
 
[[Category:Poeti Maltin]]
[[Category:Tobba Maltin]]
[[Kategorija:Twieldu fl-1906]]