Mahatma Gandhi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 20:
== Il-Moviment tad-Drittijiet Ċivili fl-Afrika t’Isfel (1893–1914) ==
[[Stampa:Gandhi South-Africa.jpg|thumb|lemin|Gandhi fl-Afrika t'Isfel(1895)]]
Gandhi qatta’ 21 sena fl-Afrika t’Isfel, fejn żviluppa l-ideat politiċi u l-etika tiegħu, u l-ħiliet ta’ tmexxija. L-Indjani tal-Afrika t’Isfel kienu mmexxija minn Musulmani għonja, li impjegaw lil Gandhi bħala avukat, u minn ħaddiema Indù, u dawn kellhom drittijiet limitati. Fl-Afrika t’Isfel, Gandhi esperjenza d-diskriminazzjoni li kien hemm lejn il-persuni kollha li ma kinux bojod. F’Pietermaritzburg tefgħuh barra mill-ferrovija għax ma riedx jiċċaqlaq mill-vagun tal-ewwel klassi. Ipprotesta u l-għada ħallewh. Xufier ta’ kowċ sawtu għax ma riedx iċedi postu lil wieħed Ewropew. Ħafna lukandi ma aċċettawhx. Maġistrat fil-qorti ta’ Durban ordnalu jneħħujneħħi t-turbant u hu ma aċċettax.
 
Dawn il-ġrajjiet kienu punt ta’ żvolta f’ħajjet Gandhi u ġagħluh jirrealizza l-inġustizzji soċjali. Huwa dam iktar milli kien pjanat fl-Afrika t’Isfel biex jgħinu lill-Indjani jiġġieldu liġi li ma tħallihomx jivvutaw. Għalkemm m’għaddietx tiegħu iżda rnexxielu jiġbed l-attenzjoni fuq is-sitwazzjoni tal-Indjani fl-Afrika t’Isfel. Huwa għaqqad il-komunità Indjana flimkien meta waqqaf in-Natal Indian Congress fl-1894. Fl-1897, meta Gandhi wasal Durban, folla settlers bojod attakkatu u ħelisha biss għax daħlet għalih mart is-supretendent tal-pulizija. Iżda per prinċipju ma ħarrek lil ħadd minn dawk li assaltawh.