Faragħun: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 55:
Il-perjodu ta' kalma u prosperità ta' wara dam ma ġie sal-1500 QK, bl-Imperu l-Ġgid, li fih irrenjaw il-faragħuni l-iżjed magħrufa, li ħolqu imperu kolonjali enormi fis-Sirja-Palestina ([[Kangħan]]) u [[Kux]] (Nubja) u ġew f'kuntatt mal-popli l-oħra tal-[[Lvant Nofsani]]. Madankollu, dawn ir-rejiet kellhom jiffaċċjaw periklu kbir li riegħed it-tron, ġej mill-qassisin ta' Amun li kienu saru qawwijin ħafna. It-tmexxija tal-belt kapitali għad-Delta fl-aħħar għenet biex il-Qassis l-Għoli ta' Amun isir kważi re indipendenti u jirrovina l-monarkija Eġizzjana.
 
=== il-PerijoduPerjodu tat-tard ===
Wara din is-sitwazzjoni, l-Eġittu qatt ma seta jsir imperu kbir. Bejn meta l-qassisin ta' Amun ħadu l-poter f'idejhom u l-wasla ta' dinastija qawwija, id-Dinastija XXVI, kien hemm erba' snin kritiċi li fihom iggvernaw tnejn, tlieta u anke aktar faragħuni fl-istess ħin, u l-pajjiż invadewh il-Libjani, in-Nubjani u l-Assirjani. Id-Dinastija XXVI ppruvat tirkupra l-glorja tar-Renju l-Qadim, iżda l-konkwista Persjana ħassret kollox.