Faragħun: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 10:
Faragħun tfisser "Dar Kbira", ir-residenza tal-koppja rjali, li kienet akbar minn kull dar oħra fl-Eġittu l-Antika. Il-"pɛr" kien oriġinarjament l-art madwar it-tempju li kienet ta' iktar minn għaxart elef ettaru. Bil-mod it-terminu beda jintuża bħala titlu u fir-renju ta' [[Thutmose III]] (ca. 1479-1425 QK.) kien diġà jintuża bħala terminu ta' indirizz għall-persuna tar-re. <ref>Redmount, Carol A. "Bitter Lives: Israel in and out of Egypt." pp. 89-90. ''The Oxford History of the Biblical World.'' Michael D. Coogan, ed. [[Oxford University Press]]. 1998.</ref>
 
It-terminu ''faragħun'' ġej mill-kelma komposta rrappreżentata minn ''pɛr ɑʔɑ'', miktuba biż-żewġ geroglifiċi bilaterali ''pɛr'' "dar" u ''ɑʔɑ'' "kolonna". Kien użat biss fi frażijiet itwal bħal ''smr pɛr ɑʔɑ'' "Membru tal-qorti tad-Dar l-Għolja", b'referenza speċifika għall-bini tal-qorti rjali jew il-palazz innifsu. <ref>''Ancient Egyptian Grammar'' (3rdTielet ed.), A. Gardiner (1957) pp. 71-76</ref>, imma terġa' b'referenza għall-palazz biss u mhux għal persuna.
 
L-eqdem eżempju fejn ''pɛr ɑʔɑ'' intużat speċifikament għar-re insibuh f'ittra lil Amenhotep IV (Akhenaten), li kien isaltan madwar l-1353-1336 QK, indirizzata lil faragħun, ''lilu l-ħajja, il-ġid u s-saħħa''.<ref>''Hieratic Papyrus from Kahun and Gurob'', F. LL. Griffith, 38, 17. Imma ara wkoll ''Temples of Armant'', R. Mond andu O. Myers (1940), pl.93, 5 għal eżempju li jista' jkun mis-slatna ta' Thutmose III.</ref>
 
Matul it-tmintax-il dinastija (seklu 16 sas-seklu 14 QK), it-tilu faragħun kien jintuża bħala isem ta' rispett għar-re. Tard fil-21 dinastija (seklu 10 QK), però, minflok li kien jintuża waħdu bħal qabel, bdew iżiduh mat-titli l-oħra għall-isem tar-re, u mill-ħmistax-il dinastija
(seklu 8 sas-seklu 7 QK) kien, għall-inqas fl-użanza ordinarja, l-uniku epitetu quddiem l-appelattiv irjali.<ref>"pharaohPharaoh." in ''[[Encyclopædia Britannica]]. Ultimate Reference Suite.'' Chicago: Encyclopædia Britannica, 2008.</ref>
 
Mid-dsatax-il dinastija 'l hawn ''pɛr ɑʔɑ'' waħidha kienet tintuża regularment bħala ''hm.f''. 'Majestà'. It-terminu allura evolva minn kelma li kienet tirreferi speċifikament għal binja għal isem ta' qima għar-re, b'mod partikolari mit-tnejn u għoxrin dinastija.