Faragħun: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1:
[[Stampa:GD-EG-Caire-Musée017.JPG|thumb|200px|Il-Faragħun Menkaura, Mużew tal-Kajr]]
'''Faragħun'''<ref>L-ortografija Maltija ġejja mit-traduzzjoni tal-Bibbja mill-Lhudi billi l-verżjoni Lhudija fiha l-ittra għ</ref> huwa l-isem bibliku (Lhudi: פרעה, Grieg: φαραώ) mogħti lir-re tal-Eġittu l-Antik. L-ewwel faragħun kien Narmer, imsejjaħ Menes minn Manetun<ref name="Manetun">'''Manetun''' (Μανέθων, ''Manethōn'',jew Μανέθως, ''Manethōs''}}) kien storiku u qassis Eġizzjan minn Sebennytos (Eġizzjan antik: ''Tjebnutjer'') li għex fl-epoka Tolemajka, bejn wieħed u ieħor matul it-tielet seklu QK. Manetun kiteb l-''Aigyptiaká'' (''L-istorja tal-Eġittu''). Dan ix-xogħol hu ta' interess kbir għall-Eġittoloġiċi, u spiss jużawha għall-kronoloġija tar-renji tal-faragħuni. L-eqdem referenza għall-''Aigyptiaká'' hi mill-istoriku Lhudi [[Josephus]] fix-xogħol tiegħu "Kontra Apjun".</ref>, li kien isaltan madwar is-sena 3050 QK. L-aħħar faragħun kienet mara ta' nisel Grieg, [[Kleopatra VII]] li saltnet mill-51 sat-30 QK.
 
Madankollu, it-titlu ta' "Faragħun" bit-terminu terminu Eġizzjan '''pɛr ɑʔɑ'''<ref>Din hi l-pronunzja Eġittoloġika, jiġifieri kif l-Eġittoloġi jlissnu dan il-kliem illum. Din hi sistema vvintata għal kollox u m'għandhiex x'taqsam ma kif kienu jlissnu l-kliem l-Eġizzjani.</ref> li jfisser "Dar Kbira", strettament għandu jintuża biss, minn meta l-Eġittu estenda s-setgħa tiegħu 'il barra mit-territorju oriġinali, jiġifieri mill-Imperu l-Ġdid, jew b'mod aktar speċifiku, min-nofs tad-Dinastija XVIII, wara r-renju ta' [[Hatshepsut]].<ref name="DH">Dodson, Aidan u Hilton, Dyan. ''The Complete Royal Families of Ancient Egypt''. Thames & Hudson. 2004. ISBN 0-500-05128-3.</ref>