Faragħun: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 106:
Il-faragħun kien ikollu nisa ta' grad taħt il-Mara Rjali Ewlenija kemm irid, u jekk ried seta' wkoll itellagħhom għall-grad ta' Mara Rjali Ewlenija (għalkemm din kienet ħaġa rari). Fl-ewwel dinastiji kien ikollu għadd ta' nisa sekondarji u konkubini, u mill-bidu tal-Imperu l-Ġdid, ir-rejiet kienu jżommu ħaremijiet enormi li kien ikun fihom kull tipi ta' mara, fosthom prinċipessi barranin li kienu jmorru joqgħodu hemm. Hemm differenza kbira bejn il-ħaremijiet Fargħunin u l-ħaremijiet leġġendarju tal-kalifi u s-slaten Għarab; fl-Eġittu tal-qedem il-ħarem kien istituzzjoni aktar miftuħa, mhux ħabs mgħasses mill-ewnuki. Din is-sitwazzjoni bdiet tidher biss mal-wasla tal-Persjani u l-Griegi.
 
Inkwantu l-familja rjali u s-suċċessjoni għat-tron, ir-regoli ma baqgħux immutabbli matuk l-eluf ta' snin tar-renu tal-faragħuni. Għalhekk, matul id-Dinastija, fil-bidu tal-Imperu l-Ġdid twaqqfet il-pożizzjoni qawwija ta' '''Bint Alla''', li rabtet ir-reġina mal-alla [[Amun (mitoloġija)|Amun]], u għamlitha l-'''Wellieda tal-Eredi''', l-unika waħda li setgħet twelled is-suċċessur tal-faragħuni renjanti, 'il fuq mill-irġejjen l-oħra tal-ħarem irjali. Madankollu, is-suċċessjoni normalment kien joħodha eredi maskili, anki jekk dan ma jkunx bin il-Mara Rjali Ewlenija, iżda bin reġina aktar baxxa. Jekk is-suċċessur ikun ġej minn reġina ta' grad aktar baxx, kien jiżżewweġ bint il-Mara Rjali Ewlenija tar-re li miet. Hekk ġara fil-każ ta' [[Hatshepsut]] u [[Thutmose II]], li nafu kien bin reġina ta' grad iżjed baxx. Dan ġara wkoll fil-każ ta' [[Tutankhamun]], li żżewweġ bint [[Akhenaten]] u [[Nefertiti]], li okkupat ill-pożizzjoni ta' Mara Rjali Ewlenija tiegħu [[Nefertiti]].
 
Il-futur tal-ulied bniet kienet tiddependi fuq il-grad ta' ommhom; bint reġina kienet tista' tiret il-pożġelpożizzjoni tagħha jew tgħix waħidha u bint mara sekondarja kienet tiżżewweġ xi raġel nobbli jew tibqa tgħix fil-ħarem.
 
== Faragħuni famużi ==