Prospero Grech: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
[[Stampa:Cardinal Grech 2014.jpg|190px|thumb|Il-Kardinal Prospero Grech]]
Il-'''[[Kardinal]] Prospero Grech''' ([[Birgu]], 24 ta' Diċembru, 1925), imwieled Stanley Grech, huwa t-tieni [[Kardinal]] Malti fl-istorja tal-[[Knisja Kattolika]].
 
Hu bin Vincenzo Grech u Amelia Gatt. Ir-Reġistru tal-Magħmudija tal-parroċċa ta’ San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa jgħid li Patri Prospero kien mgħammed jumejn wara li twieled, jiġifieri fis-26 ta’ Diċembru, mill-Arċipriet ta’ dak iż-żmien, il-Kan Joseph Maria Farrugia. Hu ngħata l-isem ta’ Stanley. Ingħata wkoll ħames ismijiet oħra: David, John, Arthur, Lawrence u Joseph. Il-parrinijiet tiegħu tal-magħmudija kienu John u Sophia Craig.
 
[[Stampa:Coat of arms of Prospero Grech.svg|190px|thumb|]]
 
== Studji ==
Line 31 ⟶ 34:
Kien is-Sibt 6 ta’ Jannar 2012, festa tal-Epifanija f’Ruma, li l-Papa Benedittu XVI, wara l-Angelus ta’ nofsinhar, ħabbar li kien se jlaqqa’ Konċistorju biex jinnomina 22 membru ġdid tal-Kulleġġ tal-Kardinali fosthom lil Grech. Il-Papa dakinhar iddeskriva lil Patri Prospero Grech OSA bħala “professur emeritu ta’ għadd ta’ universitajiet Rumani u Konsultur tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi”. Patri Prospero huwa t-tieni Kardinal Malti fl-istorja tal-Knisja, wara li fis-seklu dsatax Malta kellha Kardinal ieħor, Fabrizio Sceberras Testaferrata, li kien nominat Kardinal mill-Papa Piju VII fil-Konċistorju tas-6 t’April 1818.
 
Patri Prospero Grech inħatar isqofarċisqof fit-8 ta' Frar 2012 fil-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta. Fit-18 ta' Frar inħatar Kardinal mill-[[Papa Benedittu XVI]]. Il-Provinċja Agostinjana Maltija ferħet lil Patri Prospero ghan-nomina li rcieva bhala Kardinal. "Minbarra li huwa unur fuq livell personali, huwa wkoll unur ghall-Ordni ta' Santu Wistin li fin-nomina tieghu jara r-rikonoxximent tal-Knisja Universali ghas-servizz lejn l-Evangelju".
 
Patri Prospero ngħata t-titlu personali ta' Arċisqof Titulari ta' San Leone fil-Basilicata, titlu li qablu ġarru l-Kardinal Stanislaw Dziwisz, bl-arma tiegħu, li tirrappreżenta s-salib ta' Malta u l-arma tal-Agostinjani bil-baklu u s-salib. Interessanti ċ-ċurkett tad-deheb li ngħata mill-Kurja Arċiveskovili Maltija lill-Isqof Prospero Grech, maħdum kollu Malta u li juri lil San Pawl bis-salib, ħuġġieġa u l-lifgħa.
Line 38 ⟶ 41:
 
* [http://www.youtube.com/watch?v=a_coiCrTbbc&feature=channel_video_title L-Aħbar li Prospero Grech se jinħatar Kardinal]
* [http://www.catholic-hierarchy.org/bishop/bgrechp.html Patri Grech] fuq Catholic-Hierarchy
 
{{DEFAULTSORT:Grech, Prospero}}
[[Kategorija:Twieldu fl-1925]]
[[Kategorija:Arċisqfijiet Maltin]]
[[Kategorija:Arċisqfijiet Kattoliċi Rumani tas-Seklu XXI]]
[[Kategorija:Knisja Kattolika Maltija]]