Faragħun: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 41:
Is-suċċessjoni tal-faragħuni u l-istorja tal-Eġittu huma marbutin flimkien b'mod inseparabbli u huma tant komplementari ta' xulxin li impossibbli tkun espert fuq waħda u ma tkunx taf fuq l-ieħor. Tant hu hekk li anke l-perjodi l-aktar kritiċi meta l-anarkija kienet issaltan f'ħafna partijiet tal-pajjiż, dejjem kien hemm mill-inqas faragħun wieħed li afferma d-dritt tiegħu bħala ħakkiem leġittmu tan-nazzjon kaotika fit-totalità kollha tagħha.
 
Il-qassis u storiku Eġizzjan Manetun <ref name="Manetun"></ref>, li għex fi żmien l-ewwel rejiet Tolomej (madwar it-300 QK) irċieva ordni rjali biex jikteb l-istorja tal-Eġittu. Billi kien hemm xi tliet mitt re, kienet ħaġa loġika li jiġborhom f'insla jew "dinastiji" li sallum għadhom jintużaw mill-istoriċi. Għalkemm, bi sfortuna kbira għall-istorjografi ix-xogħol ta' Manetun intilef, fortunatament għad hemm xi frammenti minn awturi ta' wara, fosthom l-istoriku Lhudi, Josephus, li jikkummentaw fuqu, u minnhom nistgħu nirrikonstriwixxu t-tletin dinastija li fihom Manetun qasam l-istorja twila ta' pajjiżu.
 
Minn [[Menes]], 3100 QK sas-sena 2600 QK, il-monarkija għaddiet minn perjodi fejn kienet dagħjfa. L-organizzazzjoni tal-istat saret ikkomplikata b'mod partikolari bl-espansjoni tal-ħakma Eġizzjana fuq il-pajjiżi ġirien. Xi dmirijiet kellhom jiġu trasferiti lill-uffiċjali u dawn kienu jsiru ġeneralment permezz tal-tempji. Allura dawn l-uffiċjali kellhom jissorveljaw l-kunsinni tal-oġġetti u l-ħlas ta' taxxi lit-tempji u l-palazz. Kienu jieħdu ħsieb ukoll ċerti xogħlijiet (bħall-bini tal-piramidi u aktar tard tal-palazzi u l-fortifikazzjonijiet tal-fruntieri) li l-bdiewa kienu jagħmlu waqt li x-xmara Nil kienet tkun mgħargħra u għalhekk ma setgħux jaħdmu r-raba'. L-uffiċjali kienu jiġu ppremjati b'għotjiet ta' art. Maż-żmien dan beda jdgħajjef l-awtorità rjali ċentrali billi xi uffiċjali ġabru ħafna artijiet u fil-lokal setgħu jaġixxu bħala prinċpijiet indipendenti.