Faragħun: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 39:
 
== Storja ==
IlIs-suċċessjoni tal-faragħuni u l-istorja tal-Eġittu huma marbutin flimkien b'mod inseparabbli u huma tant komplementari ta' xulxin li impossibbli tkun espert fuq waħda u ma tkunx taf fuq l-ieħor. Tant hu hekk li anke l-perjodi l-aktar kritiċi meta l-anarkija kienet issaltan f'ħafna partijiet tal-pajjiż, dejjem kien hemm mill-inqas faragħun wieħed li afferma d-dritt tiegħu bħala ħakkiem leġittmu tan-nazzjon kaotika fit-totalità kollha tagħha.
 
Il-qassis u storiku Eġizzjan Manetun, li għex fi żmien l-ewwel rejiet Tolomej (madwar it-300 QK) irċieva ordni rjali biex jikteb l-istorja tal-Eġittu. Billi kien hemm xi tliet mitt re, kienet ħaġa loġika li jiġborhom f'insla jew "dinastiji" li sallum għadhom jintużaw mill-istoriċi. Għalkemm, bi sfortuna kbira għall-istorjografi ix-xogħol ta' Manetun intilef, fortunatament għad hemm xi frammenti minn awturi ta' wara, fosthom l-istoriku Lhudi, Josephus, li jikkummentaw fuqu, u minnhom nistgħu nirrikonstriwixxu t-tletin dinastija li fihom Manetun qasam l-istorja twila ta' pajjiżu.