Il-suċċessjoni tal-faragħuni u l-istorja tal-Eġittu huma marbutin flimkien b'mod inseparabbli u huma tant komplementari ta' xulxin li huwa impossibbli li tkun espert fuq waħda u ma tkunx taf fuq l-ieħor. Tant hu hekk li anke l-perjodi l-aktar kritiċi meta l-anarkija kienet issaltan f'ħafna partijiet tal-pajjiż, dejjem kien hemm mill-inqas faragħun wieħed li afferma d-dritt tiegħu bħala ħakkiem leġittmu tan-nazzjon kaotika fit-totalità kollha tagħha.
Il-qassis u storiku Eġizzjan ManetónManetun, li għex fi żmien l-ewwel rejiet Tolomej (madwar it-300 QK) irċieva ordni rjali biex jikteb l-istorja tal-Eġittu. Billi kien hemm xi tliet mitt re, kienet ħaġa loġika li jiġborhom f'insla jew "dinastiji" li sallum għadhom jintużaw mill-istoriċi bħala validi. Għalkemm, bi sfortuna kbira għall-istorjografi ix-xogħol ta' ManethoManetun intilef, fortunatament għad hemm xi frammenti minn awturi ta' wara, fosthom l-istoriku Lhudi, Josephus, li jikkummentaw fuqu, u minnhom nistgħu nirrikonstriwixxu t-tletin dinastija li fihom ManethoManetun qasam l-istorja twila ta' pajjiżu.
Minn [[Menes]], 3100 QK sas-sena 2600 Qk, il-monarkija għadietgħaddiet minn perjodi fejn kienet dagħjfa. L-organizzazzjoni tal-istat saret ikkomplikata b'mod partikolari bl-espansjoni tal-ħakma Eġizzjana fuq il-pajjiżi ġirien. Xi dmirijiet kellhom jiġu trasferiti lill-uffiċjali u dawn kienu jsiru ġeneralment permezz tal-tempji. Allura dawn l-uffiċjali kellhom jissorveljaw l-kunsinni ta' tal-oġġetti u l-ħlas ta' taxxi lit-tempji u l-palazz. Kienu jieħdu ħsieb ukoll ċerti xogħlijiet (bħall-bini tal-piramidi u aktar tard tal-palazzi u l-fortifikazzjonijiet tal-fruntieri) li l-bdiewa kienu jagħmlu waqt li x-xmara l-Nil kienet tkun mgħargħra u għalhekk ma setgħux jaħdmu r-raba'. L-uffiċjali kienu jiġu ppremjati b'għotjiet ta' art. Maż-żmien dan beda jdgħajjef l-awtorità rjali ċentrali billi xi uffiċjali ġabru ħafna artijiet u fil-lokal setgħu jaġixxu bħala prinċpijiet indipendenti.
Għalhekk mhuwiexma sorprendentiniskantawx li fid-[[Dinastija II]] ir-rejiet tilfu ħafna poter u kellhom jiffaċċjaw xi irvellijiet perikolużi li heddu l-istabbiltà tal-pajjiż.