Faragħun: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
[[Stampa:GD-EG-Caire-Musée017.JPG|thumb|200px|Il-Faragħun Menkaura, Mużew tal-Kajr]]
'''Faragħun'''<ref>L-ortografija Maltija ġejja mit-traduzzjoni tal-Bibbja mill-Lhudi billi l-verżjoni Lhudija fiha l-ittra għ</ref> huwa l-isem bibliku (Lhudi: פרעה, Grieg: φαραώ) mogħti lir-re tal-Eġittu l-Antik. L-ewwel Faragħunfaragħun kien Narmer, imsejjaħ Menes minn Manetun<ref>'''Manetun''' ({{IPAc-en|ˈ|m|æ|n|ɨ|θ|oʊ}}; {{lang-grc-gre|Μανέθων, ''Manethōn'', or Μανέθως, ''Manethōs''}}) kien storiku u qassis Eġizzjan minn Sebennytos (Eġizzjan antik: ''Tjebnutjer'') li għex fl-epoka Tolemajka, bejn wieħed u ieħor matul it-tielet seklu QK. Manetun kiteb l-''Aigyptiaká'' (''L-istorja tal-Eġittu''). Dan ix-xogħol hu ta' interess kbir għall-Eġittoloġiċi, u spiss jużawha għall-kronoloġija tar-renji tal-faragħuni. L-eqdem referenza għall-''Aigyptiaká'' hi mill-istoriku Lhudi [[Josephus]] fix-xogħol tiegħu "Kontra Apjun".</ref>, li kien isaltan madwar is-sena 3050 QK. L-aħħar Faragħunfaragħun kienet mara ta' nisel Grieg, [[Kleopatra VII]] li saltnet mill-51 sat-30 QK.
 
Madankollu, it-titlu ta' "Faragħun" bit-terminu terminu Eġizzjan '''pɛr ɑʔɑ'''<ref>Din hi l-pronunzja Eġittoloġika, jiġifieri kif l-Eġittoloġi jlissnu dan il-kliem illum. Din hi sistema vvintata għal kollox u m'għandhiex x'taqsam ma kif kienu jlissnu l-kliem l-Eġizzjani.</ref> li jfisser "Dar Kbira", strettament għandu jintuża biss, minn meta l-Eġittu estenda s-setgħa tiegħu 'il barra mit-territorju oriġinali, jiġifieri mill-Imperu l-Ġdid, jew b'mod aktar speċifiku, min-nofs tad-Dinastija XVIII, wara r-renju ta' [[Hatshepsut]].<ref name="DH">Dodson, Aidan u Hilton, Dyan. ''The Complete Royal Families of Ancient Egypt''. Thames & Hudson. 2004. ISBN 0-500-05128-3.</ref>
Linja 7:
 
== Etimoloġija ==
[[Stampa:Serekh.png|thumb|300px|right|Is-Serekh<ref>Fil-[[Ġeroglifiċi Eġizzjani]], '''serekh''' hu kaxxa rettangolari li tirrappreżenta il-faċċata tal-palazz bis-seqer ta' Horus fuqha, użata biex turi li t-test fiha hu isem irjali.</ref> li jirrappreżenta id-"Dar Kbira" jew palazz.]]
Faragħun tfisser "Dar Kbira", ir-residenza tal-koppja rjali, li kienet akbar minn kull dar oħra fl-Eġittu l-Antika. Il-"pɛr" kien oriġinarjament l-art madwar it-tempju li kienet ta' iktar minn għaxart elef ettaru. Bil-mod it-terminu beda jintuża bħala titlu u fir-renju ta' [[Thutmose III]] (ca. 1479-1425 QK.) kien diġà jintuża bħala terminu ta' indirizz għall-persuna tar-re. <ref>Redmount, Carol A. "Bitter Lives: Israel in and out of Egypt." pp. 89-90. ''The Oxford History of the Biblical World.'' Michael D. Coogan, ed. [[Oxford University Press]]. 1998.</ref>
 
It-terminu ''faragħun'' ġej mill-kelma komposta rrappreżentata minn ''pɛr ɑʔɑ'', miktuba biż-żewġ geroglifiċi bilaterali ''pɛr'' "dar" u ''ɑʔɑ'' "kolonna". Kien użat biss fi frażijiet itwal bħal ''smr pɛr ɑʔɑ'' "Membru tal-qorti tad-Dar l-Għolja", b'referenza speċifika għall-bini tal-qorti rjali jew il-palazz innifsu. <ref>''Ancient Egyptian Grammar'' (3rd ed.), A. Gardiner (1957) pp. 71-76</ref>, imma terġa' b'referenza għall-palazz biss u mhux għal persuna.
 
L-eqdem eżempju fejn ''pɛr ɑʔɑ'' intużat speċifikament għar-re insibuh f'ittra lil Amenhotep IV (Akhenaten), li kien isaltan madwar l-1353-1336 QK, indirizzata lil Faragħunfaragħun, ''lilu l-ħajja, il-ġid u s-saħħa''.<ref>''Hieratic Papyrus from Kahun and Gurob'', F. LL. Griffith, 38, 17. Imma ara wkoll ''Temples of Armant'', R. Mond and O. Myers (1940), pl.93, 5 għal eżempju li jista' jkun mis-slatna ta' Thutmose III.</ref>
 
Matul it-tmintax-il dinastija (seklu 16 sas-seklu 14 QK), it-tilu faragħun kien jintuża bħala isem ta' rispett għar-re. Tard fil-21 dinastija (seklu 10 QK), però, minflok li kien jintuża waħdu bħal qabel, bdew iżiduh mat-titli l-oħra għall-isem tar-re, u mill-ħmistax-il dinastija
Linja 34:
|-
|}
Pereżempju l-ewwel każ bid-data li nafu taż-żieda tat-titlu ta' faragħun mat-titlu ta' re ġeej mis-sena 17 ta' [[Siamun]] fuq framment tal-Annali Saċerdotali ta' Karnak. Fih insibu induzzjoni ta' individwu għas-saċerdozju ta' Amun li fid-data tirreferi speċifikamnet għas-saltna tal-''Faragħun Siamun''. Din l-użanza baqgħet taħt is-suċċessur tiegħu Psusennes II u r-rejiet tal-wieħed u għoxrin dinastija. Fl-istess ħin, l-użanza antika li biha kienu jirreferu għar-re sempliċement bħala ''Pɛr ɑʔɑ'' baqgħet sejra fir-rakkonti tradizzjonali Eġizzjani.
 
Dak iż-żmien il-kelma Eġizzjana jaħsbu li kienet titlissen ''{{IPA|*par-ʕoʔ}}'' li minnha ġie l-Grieg antik φαραώ ''pharaō'' u l-Latin tat-tard ''pharaō''. Minnha ġie t-Taljan ''faraone'' u minnha l-Malti ''faraun''. Iktar tard l-studjużi tal-Bibbja żiedu l-għ billi l-Lhudi ''{{IPA|*par-ʕoʔ}}'' (פרעה) fih din l-ittra fil-kelma u saret ''faragħun''.
 
== Storja ==
Il-suċċessjoni tal-Faragħunifaragħuni u l-istorja tal-Eġittu huma marbutin flimkien b'mod inseparabbli u huma tant komplementari ta' xulxin li huwa impossibbli li tkun espert fuq waħda u ma tkunx taf fuq l-ieħor. Tant hu hekk li anke l-perjodi l-aktar kritiċi meta l-anarkija kienet issaltan f'ħafna partijiet tal-pajjiż, dejjem kien hemm mill-inqas Faragħunfaragħun wieħed li afferma d-dritt tiegħu bħala ħakkiem leġittmu tan-nazzjon kaotika fit-totalità kollha tagħha.
 
Il-qassis Eġizzjan Manetón, li għex fi żmien l-ewwel rejiet Tolomej (madwar it-300 QK) irċieva ordni rjali biex jikteb l-istorja tal-Eġittu. Billi kien hemm xi tliet mitt re, kienet ħaġa loġika li jiġborhom f'insla jew "dinastiji" li sallum għadhom jintużaw mill-istoriċi bħala validi. Għalkemm, bi sfortuna kbira għall-istorjografi ix-xogħol ta' Manetho intilef, fortunatament għad hemm xi frammenti minn awturi ta' wara li jikkummentaw fuqu, u minnhom nistgħu nirrikonstriwixxu t-tletin dinastija li fihom Manetho qasam l-istorja twila ta' pajjiżu.
Linja 53:
 
=== L-Imperu l-Ġdid ===
Il-perjodu ta' kalma u prosperità ta' wara dam ma ġie sal-1500 QK, bl-Imperu l-Ġgid, li fih irrenjaw il-Faragħunifaragħuni l-iżjed magħrufa, li ħolqu imperu kolonjali enormi fis-Sirja-Palestina ([[Canaan]]) u [[Kush]] (Nubia) u ġew f'kuntatt mal-popli l-oħra tal-[[Lvant Nofsani]]. Madankollu, dawn ir-rejiet kellhom jiffaċċjaw periklu ġej mill-qassisin ta' Amon, li kienu saru qawwijin ħafna, li riegħed it-tron. It-trasferiment tal-belt kapitali għad-Delta f-aħħar għenet biex il-Qassis l-Għoli ta' Amun isir kważi re indipendenti u jirrovina l-monarkija Eġizzjana.
 
=== il-Perijodu tat-tard ===
Wara din is-sitwazzjoni, l-Eġittu qatt ma seta jsir imperu kbir. Bejn meta l-qassisin ta' Amon ħadu l-poter f'idejhom u l-wasla ta' dinastija qawwija, id-Dinastija XXVI, kien hemm erba' snin kritiċi li fihom iggvernaw tnejn, tlieta u anke aktar Faragħunifaragħuni fl-istess ħin, u l-pajjiż invadewh il-Libjani, Nubjani u Assirjani. Id-Dinastija XXVI ppruvawt tirkupra il-glorja tar-Renju l-Qadim, iżda l-konkwista Persjana ħassret kollox.
 
Wara l-invażuri Achaemenidi, Maċedoni u Tolemajċi (dawn tal-aħħar jappartjenu għad-dinastija msejħa Tolemajka) jippruvaw jadattaw għad-drawwiet tal-pajjiż u aċċettaw li jkunu deifikati matul ħajjithom.
Linja 78:
=== Xettri ===
[[Stampa:HekaNemesNechacha PioMs.svg|thumb|200px|Ix-Xettru Nejej (frosta), u x-Xettru Heka u n-Nemes]]
Kien hemm ukoll diversi varjetajiet, kull wieħed bi rwol sottili, kienu biss li jenfasizzaw l-ħakma tal-Faragħunfaragħun fuq id-dinja ċivilizzata kollha. L-aktar komuni kienu:
 
: * '''Ix-Xettru Nejej''', simbolu antikissmu tal-istat kellu l-forma ta' frosta jew flaġell. Kien jintuża ħafna fil-ċerimonji, u jidher spiss assoċjat mal-alla Osiris.
Linja 89:
=== Simboli oħra tal-poter ===
Il-fragħun ma kienx magħruf biss għall-kuruna u x-xettru. Minħabba l-istorja twila u l-organizzazzjoni reliġjuża kumplessa u r-ritwali tal-Eġittu l-Antik żviluppaw ħafna lbies, tiżjin u kpiepel ornamentali rjali, kull wieħed b'funzjoni speċifika:
: * '''Il-baffi falza''', użata mill-Faragħunifaragħuni f'okkażjonijiet kbar biex jerġgħu jiġu identifikati ma' Osiris, meqjus bħala l-ewwel monarka kbir Eġizzjan, u kien irrappreżentat b'baffi kbira bħal tas-suċċessuri tiegħu.
: * '''L-Uraeus''' u l-avultun: Il-Kobra, annimal karatteristika tal-alla mara Uadyet, patruna tal-Eġittu l-Baxx. L-avultun kien l-annimal karatteristika annimal tal-alla mara Nejbet, patruna tal-Eġittu l-Għoli. Għalhekk iż-''Żewġ allat nisa'' jirrappreżentaw l-unifikazzjoni taż-Żewġ Artijiet Żewġ taħt il-Faragħunfaragħun.
: * '''Denb ta' barri jew ta' ljun''', tirrapreżenta l-poter kreattiv tal-monarka.
Kien hemm ukoll għadd kbir ta' tipi ta' għenuq, imsielet, ċinturini, sandlijiet, ilbies ippjegat tal-għażel u tipi oħra ta' ġojjellerija biex isebbħu d-dehra tal-Fragħun fil-glorja kollha tiegħu u hekk jimpressjonaw l-abitanti tal-Wied Nil.
Linja 99:
 
Il-'''Mara Rjali Ewlenija''' , ekwivalenti għar-reġina fit-trasmissjoni tan-nisel irjali dejjem kienet toqgħod mal-faragħun. Il-pożizzjoni ta' '''Mara Rjali Ewlenija''' bl-Eġizzjan ''ueret nise Hemet'' ma kinitx biss pożizzjoni politika fil-qorti rjali, iżda wkoll pożizzjoni reliġjuża peress li l-Mara Rjali Ewlenija kienet tippresiedi f'diversi riti reliġjużi tal-festi.
Kienu jeżistu varji riti mferrxin mal-pajjiż taż-'''Żewġ Artijiet''' li kienu jinvolvu l-faragħun u l-mara ewlenija tiegħu. Il-kulti li jiffurmaw terna bħal: [[Osiris]], [[Isis]] u [[Horus]]; [[Amon]], [[Mut]] u [[Jonsu]]; [[Shu (mitoloġija)|Shu]], [[Tefnut]] u [[Atum]], eċċ kull jinvolvu l-parteċipazzjoni taLtal-Faragħunfaragħun, il-mara ewlenija tiegħu u meta kien possibbli, l-eredi tiegħu. F'dawn riti, li kienu espressi f'għadd ta' festi bħall-festa ta' [[Opet]] f'Karnak, il-parteċipazzjoni tar-re u r-reġini kienu jfakkru l-eżistenza divina tal-allat rappreżentati.
U mhux biss, minħabba li l-Eġizzjani kienu jemmnu li l-leġittimità tgħaddi biss mill-mara, il Mara Rjali Ewlenija kienet il-garanzija u l-aqwa appoġġ tal-faragħun matul saltnatu. Għalhekk ma niskantawx li l-fargħuni kienu jiżżewġu l-bint il-predeċessur tagħhom (f'ħafna każi din kienet tkun oħthom jew oħthom farsdieq) biex jitilgħu fuq it-tron.