Kolonja ta' Malta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 38:
Fl-1835 Malta ngħatat [[Kostituzzjoni ta' Malta tal-1835|kostituzzjoni]] u b'hekk inħoloq gvern Malti mhux elett għall-ewwel darba. Wara l-irvell tal-karnival fl-1846, Malta ngħatat [[Kostituzzjoni ta' Malta tal-1849|kostituzzjoni ġdida]] fejn kien hemm gvern parzjalment elett. Fl-1887, b'[[Kostituzzjoni ta' Malta tal-1887|kostituzzjoni oħra]] il-membri eletti Maltin kienu f'maġġoranza, iżda dan waqaf bil-[[Kostituzzjoni ta' Malta tal-1903|kostituzzjoni tal-1903]] meta is-sitwazzjoni reġgħet saret bħal ma kienet fl-1849.
 
Waqt il-Gwerra tal-Krimea bejn l-1853 u l-1856, reġgħa kien hemm ħafna kummerċ u Malta saret bażi navali u militari importanti. Wara l-gwerra l-kummerċ reġgħa naqas iżda wara żdied meta nfetaħ il-Kanal Swejżtas-Swejs fl-1869.
 
Fl-aħħar kwart tas-seklu kien hemm ukoll progress ieħor f'diversi setturi, fosthom il-fondazzjoni tal-[[Bank Anglo-Eġizzjan]] (1882), il-bidu tal-vapur tal-art (1883) u r-riforma tas-servizzi postali (1885). Fl-1912, [[Dun Karm Psaila]] kiteb l-ewwel poeżija bil-Malti.