Kewkba ta' Betlehem: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 86:
Xi studjużi issuġġerew li l-istilla ta' Betlehem ma kinitx stilla jew kometa, imma dija ġejja mill-pjaneta [[Ġove (pjaneta)|Ġove]] f'konġunzjoni ma' pjaneti oħra li jiddu inqas. [[Johan Kepler]] (''De anno natali Christi'', 1614) kien l-ewwel li ġibed l-attenzjoni għall-fatt li fis-7 QK kien hemm konġunzjoni trippla ta' Ġove ma' Saturnu u Marte fil-Kostellazzjoni tal-Ħut<ref name="p.115s"/>. Il-fenomenu ġibed ukoll l-attenzjoni tal-astronomi Kaldej, li kienu pprevedewh mis-sena ta' qabel<ref>Tavletta BM35429 fil-[[British Museum]].</ref>. It-tavletta bit-tbassir tal-fenomenu, iddatata it-8 QK, instabu xi erba' kopji tagħha f'siti diversi (fatt rari ħafna); dan juri l-interess tal-astroloġi antiki fil-fenomenu.<br>
Konġunzjoni Ġove-Saturnu fl-istess kostellazzjoni, jekk neskludu il-[[preċessjoni tal-ekwinozji]], skont Kepler tiġri kull xi 800 mitt sena solari. <br>
Ġenerikament, il-pjaneti Ġove u Saturnu, li jiddu ħafna fis-sema, jallinjaw ruħhom max-[[Xemx]] kull 19-il sena u 314 jum, u dawn il-konġunzjonijiet huma qsar ħafna u jidhru biss għal xi ftit sigħat mas-sebħ jew ma' nżul ix-xemx, jew anki ma jidhru xejn, meta, pereżempju il-[[Art|pjaneta tagħna]] tkun fin-naħa opposta. Però, billi l-perjodu tad-tidwir tad-dinja hu ħafna iqsar minn dak tal-pjaneti l-oħra, l-[[Art]] jirnexxilha tallinja ruħha kwalitativament max-Xemx, Ġove u Saturnu qabel ma jitbiegħdu sinjifikament minn xulxin. Għalhekk jiġri li l-allinjament ġeoċentriku taż-żewġ pjaneti għandu l-istess perjodu medju bħall-allinjament eljoċentriku tagħhom, imma b'mod iżjed irregolari (jiġifieri tantiċipa u tippostiċipa b'xi xhur) minħabba it-tidwir tad-dinja. Meta l-Art tkun eżattament allinjata maż-żewġ pjaneti meta jkunu allinjati max-Xemx, ngħidu li l-konġunzjoni saret b'allinjament tat-tip eljoċentriku; f'dan il-każ, ikun hemm żewġ konġunzjonijiet oħra, xi mitt jum qabel u wara dak il-jum u dawn huma kkawżati minn allinjament wieħed tat-tip ġeoċentriku (jiġifieri li jġri biss mal-pjaneta Art). Dan it-tip ta' konġunzjonijiet jissejħu '''trippli''' jew '''tlitija''', għaliex jiġru tliet darbiet f'perjodu ristrett taż-żmien (6-7 xhur). Dawn huma effett dovut għall-fatt li l-veloċità angolari tal-Art hi akbar, u għalhekk Ġove u Saturnu, jidhru jimxu lura fil-perjodu bejn l-ewwel u t-tielet konġunzjoni. L-effett jidher l-iżjed għall-pjaneta li hi l-eqreb lejna jiġifieri Ġove; din tidher timxi lura b'iżjed għaġla u ma ddumx ma tiltaqa' it-trajettorja ta' Saturnu. Meta ma tibqax timxi lura il-veloċità apparenti taċċelera fid-direzzjoni normali u fl-aħħar isseħħ it-tielet konġunzjoni.
 
L-astronomi, matul is-sekli, ikkonfermaw l-eżistenza ta' waħda minn dawn il-konġunzjonijiet trippli proprju bejn is-6 u s-7 Qk, jew matul is-sena 7 QK biss. Pereżempju skont Kepler, din il-konġunzjoni trippla seħħet fid-dati tal-kalendarju Gregorjan tad-29 ta' Mejju, id-29 ta' Awwissu ul-5 ta' Diċembru tas-sena 7 QK, imma l-kalkoli ta' awturi oħra imexxuha bi ftit jiem, qabel jew wara<ref>Pereżempju, skont Giuseppe De Cesaris, il-ġrajja ċentrali seħħet fl-ewwel ta' Ottubru. Mill-banda l-oħra Simo Parpola jgħid li t-tliet ġrajjiet seħħu fis-27 ta' Mejju, is-6 ta' Ottubru u l-1 ta' Diċembru. Ashgrove, ''Triple Conjunction of Jupiter and Saturn
Linja 96:
 
Imma kif setgħu dawn il-konġunzjonijiet planetarji jħajru l-Maġi jmorru għand Erodi? Jidher li l-ġrajja kienet meqjusa eċċezzjonali u li kellha tifsira astroloġika sinjifikanti. Fis-seklu 8 WK, l-astrologu Persjan Maxagħalla ibn Atari, diġà kien isostni bl-użu ta' dati u teoriji astroloġiċi ta' nisel Iranjan u Babiloniż, li kull bidla reliġjuża jew politika bejn it-twelid ta' Kristu u ta' [[Muħammed]], kienet marbuta mal-konġunzjoni bejn Ġove u Saturnu<ref>E.S. Kennedy and D. Pingree, ''The Astrological History of Masha'allah'', Harvard University Press, Cambridge, Mass. 1971.</ref>. F'Rosenberg<ref>Isaac Abrabanel,
''Le fonti della salvezza'', [[1497]]; cfr. Rosenberg, 1972.</ref> insibu interpretazzjonu iżjed dettaljata, ibbażata fuq aħbarijiet forniti minn [[Iżakk Abrabanel]], kittieb medjevali Lhudi. Il-pjaneta Saturnu setgħet kienet il-Missier Etern, Ġove l-iben u l-kostellazzjoni tal-Ħut setgħet kellha rabrarabta mal-poplu ta' Iżrael. Anki skont l-assirjologu [[Simo Parpola]] il-ġrajja tas-7 QK kellha importanza kbira għall-astroloġi Kaldej u ħabbret "it-tmiem tal-ordni l-qadim tad-dinja u t-twelid ta' re ġdid mibgħut minn Alla"<ref>''No Babylonian interpretation of this particular conjunction is extant—surely because of the great rarity of the event—but we know that interpretations of planetary conjunctions were based on an analysis of the astrological significance of the planets and the accompanying circumstances, particularly the zodiacal sign in which the conjunction took place. The fact that Mars, the star of Nergal, the god of war, joined the conjunction in its final phase signified that the new king was to come from the West, specifically, from Syria-Palestine, for Mars was the star of Amurru or the West (Syria-Palestine) in the Babylonian system. The prediction of such a king would have held wide interest in 7 B.C.E., when a power vacuum of sorts prevailed in the Near East. The Seleucid empire created by the successors of Alexander the Great had collapsed in 64 B.C.E., and its remnants, which included Judea, had been annexed to Rome as a province named Syria. The power of Rome had not yet been consolidated in the area, however. Even after Augustus changed Rome into an autocratic monarchy in 27 B.C.E., his authority was questioned in the East, for the Roman emperor, unlike the Seleucid kings and their predecessors, did not derive his authority from God. For this reason, many people considered Roman rule illegitimate and hoped that a local Near Eastern king appointed by God would drive the Romans out of the country and create a better world. These messianic expectations are recorded by Josephus and reflected in the Dead Sea Scrolls. The conjunction of 7 B.C.E. would have been interpreted as a portent of the birth of precisely this kind of king. The political vistas opened by it would not have escaped the attention of any Babylonian astrologer''; Parpola 2001 [http://www.bib-arch.org/ Bringing the Ancient World to Life - Biblical Archaeology Society]</ref>. Fl-aħħar Ettore Bianchi, Mario Codebò u Giuseppe Veneziano issottolinjaw li proprju f'din l-epoka tat-twelid ta' Kristu kien hemm il-mgħodija mill-[[Era tal-Muntun]] għall-[[Era tal-Ħut]], li matul l-[[ekwinozji]] tagħha ix-Xemx daħlet fil-kostellazzjoni tal-Ħut u tal-Verġni u kienet ġejja lura l-[[Età tad-Deheb]]. Kwalinkwe ġrajja astrali fil-kostellazzjoni tal-Ħut bilfors kellha riżonanza qawwija fost l-astroloġi ta' kull kultura tkun liema tkun, kif turi wkoll il-kitba fl-[[Bucoliche|ecloga IV]] ta' [[Virġilju]], dwar jil-ġrajja tas-''Saturnia Regna''<ref>Bianchi, Codebò, Veneziano, 2007</ref>. Skont l-astroloġija Iranjana u Indjana l-età tad-deheb jiġitiġi kull tnax-il elf sena.
 
=== Xi eżempji illustrattivi ===