Kewkba ta' Betlehem: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 46:
Il-preżenza tal-istilla fit-twelid ta' Ġesù hu simbolu messijaniku. Dan hu riferiment Bibliku għall-profezija ta' Balgħam fuq kewkba, li "għad titla' kewkba minn Ġakobb"<ref>[Num:24:17] Qiegħed naraha, imma mhux għalissa; nħares lejha, imma mhux fil-qrib. Għad titla' kewkba minn Ġakobb ... u jqum xettru minn Iżrael; u jkisser ngħas Mowab, u jeqred l-ulied kollha ta' Set.</ref> . Minkejja li l-istilla kienet identifikata mar-[[David|Re David]], qabel it-twelid ta' Kristu xi Lhud diġà kienu identifikawha mal-[[Messija]]<ref>Ma ninsewx l-influwenza tal-profezija messijanika ta' "dawl kbir" f'Isaija:<br>
 
[Is:9:1] Il-poplu li kien miexi fid-dlam ra dawl kbir; in-nies li joqogħdu f'art id-dlam dawl idda fuqhom. [Is:9:2] Int kattart il-ġens, kabbart l-hena; huma ferħu quddiemek, bħalma jifirħu fi żmien il-ħsad, bħalma jifirħu fi qsim il-priża. [Is:9:3] Għax il-madmad li kien itaqqlu, u l-ħatar ta' fuq spallejh, u l-bastun ta' l-argużin, int kissirthom bħal f'jum Midjan. [Is:9:4] Għax kull qorq li jħabbat fit-taqtigħa, kull mantell mgħargħar fid-demm jispiċċa għall-ħruq, biex jieklu n-nar. [Is:9:5] Għax tweldilna tifel, ngħatalna iben; is-setgħa tkun fuq spallejh, u jsemmuh: "Kunsillier ta' l-għaġeb, Alla setgħan, Missier għal dejjem, Prinċep tas-sliem." [Is:9:6] Kbira tkun setegħtu, u s-sliem bla qjies fuq it-tron ta' David u s-saltna tiegħu. Hu jwettaqha u jsaħħaħha bil-ħaqq u s-sewwa, minn issa u għal dejjem. Il-ħeġġa tal-Mulej ta' ltal-eżerċti tagħmel dan.</ref>.
Fit-tieni seklu [[Oriġene Ta' Lixandra|Oriġene]] u [[Irenew ta' Lione]] jirreferu għal din il- profezija eżattament f'relazzjoni mal-Kewkba ta' Betlehem<ref>cfr. rispettivament ''Contra Celsum'', I, 58-59 u ''Adversus haereses'', III, 9,2</ref>. L-identifikazzjoni messijanika hi iżjed u iżjed ċara fil-verżjoni tas-[[Septwaġinta]] (li s-soltu jużaw l-evanġelisti), li fiha x-"xettru", li jqum minn Iżrael, hi tradotta għal-Grieg bħala "bniedem"<ref>Patrizio Rota Scalabrini, ''Matteo e il vangelo dell'infanzia di Gesù. L'origine del Figlio di Dio'', f' ''Vangeli canonici e vangeli segreti: origine e compimento della storia di Gesù. Il Messianismo'', Bergamo 2007, p.42</ref>.