Melchiorre Gafà: Differenza bejn il-verżjonijiet
Content deleted Content added
No edit summary |
|||
Linja 26:
Fl-istess żmien, Gafà, li kellu konnessjoni qawwija mal-ordni tad-Dumnikani (forsi minħabba li ħuh Giuseppe kien Dumnikan), kiseb ordni għal statwa ta’ Santa Roża ta’ Lima biex tintuża fiċ-ċeremonji tal-beatifikazzjoni u wara titieħed fil-knisja ta’ San Domingo, f’[[Lima]], il-[[Peru]]. Ir-rappreżentazzjoni tal-qaddisa qiegħda tmut, li kienet influwenzata minn Bernini u influwenzat 'l Bernini, kienet suċċess u saru ħafna kopji tagħha fil-metal. Id-data fuq l-istatwa hi 1665.
Dik is-sena, waqt li Gafà kien qiegħed jaħdem fuq erba’ kummissjonijiet monumentali, ikkuntattjawh il-Kavalieri ta’ Malta. Sa dak iż-żmien kellu xogħol
Gafà kien Malta minn Jannar sa Mejju tal-1666 u kellu miegħu il-pittur Marullo ( li waqt li kien Malta pinġa t-titular f’kappella fil-knisja ta’ San Pawl tar-Rabat) u tifel ta’ 13-il sena Antonio Garsin. Matul dan iż-żmien għamel abbozzi għal San Ġwann u kiseb ordnijiet oħra: reredos għall-kappella ta’ Franza f’San Ġwann u ieħor għall-Knisja tal-Erwieħ, il-belt Valletta, statwa ta’ San Pawl għall-grotta ta’ San Pawl, ir-Rabat u lampier-relikwarju għall-knisja ta’ San Pawl.
|